Posted on March 4, 2019, in Uncategorized. Bookmark the permalink. Leave a comment.
Translate
Kalendarju
Viżitaturi minn Kullimkien
L-Għid il-Kbir 2021
L-Għid il-Kbir 2021April 4, 2021RESUREXXITL-Irxoxt ta’ Birżebbuġa
-
L-Irxoxt
Kienet fuq inizzjattiva ta’ Alfred Formosa, Anthony Vella, Anthony Camilleri, Angelo Cutajar u Ray Cutajar, kollha kemm huma membri tal-Kumitat tas-Soċjeta’ li fis-sena 1998 kellhom il-ħsieb sabiħ u ġenwin li f’Birżebbuġa wkoll ikollna statwa ta’ Kristu Rxoxt. Il-proposta tagħhom tressqet quddiem il-kumitat tas-Soċjeta’ nhar it-28 ta’ April 1998. I l-kumitat aċċetta bil-ferħa din il-proposta. Ġimgħa wara l-proposta, proprju fil-5 ta’ Mejju tal-1998, il-Kummissjoni marret għand l-istatwarju Alfred Camilleri Cauchi u kkummissjonatlu din l-opra artistika. L-ispiża għall-istatwa ta’ Kristu Rxoxt biss laħħqet it-Lm800 u dan apparti l-ispejjeż l-oħra bħall-bradella, niċċa u tagħmir ieħor. Il-pjan ta’ din il-Kummissjoni kien li l-Irxoxt ikun lest u jiġi rregalat lis-Soċjeta’ għall-Għid il-Kbir, tal-4 t’April tal-1999.
Il-Poplu Birżebbuġi madwar l-Irxoxt
L-4 t’April tal-1999 wasal ukoll. Ħafna kienu n-nies ħerqana li jaraw l-istatwa l-ġdida ta’ Kristu Rxoxt. Fir-raħal sabiħ tagħna qatt qabel ma kellna ċ-ċans li ngawdu din il-festa flimkien bħala parroċċa waħda. Ħafna nies niżlu quddiem is-sede tas-Soċjeta’ biex jaraw iċ-ċerimonja. Fil-gallerija tal-każin quddiem folla kbira ta’ nies, il-president Anthony Camilleri flimkien mas-segretarju Joseph Caruana ġew irregelati din l-istatwa mill-Kummissjoni li ġabret u ħadmet għal din l-opra. Malli nkixfet l-istatwa, il-folla ta’ nies infaqgħet f’ċapċip kbir u l-Banda Birżebbuġa daqqet innijiet għall-okkażjoni. Wara sar marċ pulit u serju mat-toroq ta’ Birżebbuġa. Mill-gallarija tal-każin intefgħu numru kbir ta’ fjuri friski. Is-Socjeta’ Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990 ħadet dan l-impenn b’serjeta’ kbira u mexxiet kollox bid-dekor li kien jixraq.
Kultura u Tradizzjoni
F’Birżebbuġa minn dejjem kien jinħass in-nuqqas ta’ inizjattivi kulturali. Dejjem kien hawn ix-xewqa li l-poplu Birżebbuġi jkollu identita’ tiegħu b’permezz ta’ attivitajiet kulturali bħalma jsiru f’irħula oħra. Meta twaqqfet is-Soċjeta’ tagħna l-kumitat kien wera biċ-ċar li din l-għaqda kienet se taħdem biex ittemm l-apatija kbira li teżisti u żżid fil-kultura fir-raħal tagħna. Kien għalhekk li wħud mill-membri tas-Soċjeta’ tagħna riedu fuq inizzjattiva tagħhom stess li jagħmlu pegeant ħaj mat-toroq tar-raħal tagħna u barra li jintużaw xi personaġġi bibbliċi u suldati rumani tinħareġ ukoll statwa sabiħa ta’ Kristu Rxoxt. Is-Soċjeta’ tagħna għamlet dan kollu ġenwinament għax il-poplu Birżebbuġi jixtieq li barra li jikkura lilu nnifsu spiritwalment jixtieq ukoll li ma jkunx nieqes mis-sabiħ ta’ dawn it-tradizzjonijiet li huma wkoll parti mir-reliġjon tagħna.
Facebook Tagħna ::: “Id-Duluri”
Ir-Ritorn tal-Irxoxt (2017)
Drammi tas-Soċjetà
Marċi Funebri
Drawwiet Marbutin mar-Randan f’Birżebbuġa
Artiklu Interessanti miktub mill-Perit Michael Schembri fuq l-insert tal-Magażin ‘Flimkien’ tal-Parroċċa tagħna ta’ Birżebbuġa Marzu 2019 Numru 172 (jew Birżebbuġa – Leħen il-Parroċċa – Ħarġa 300 – Marzu 2019)
Fl-Erbgħa tar-Rmied jibda r-Randan Imqaddes. Niftakar li fl-antik, mal-bidu tas-sena, konna nixtru l-Almanakk mingħand l-Ajk Franġiskan, jidhirli li kien fra ta’ Ġiezu, li kien jiġi jiġbor għall-kunvent jew għall-Art Imqaddsa. Billi Ras ir-Randan, il-Gimgħa l-Kbira u dak iż-żmien kien għad hemm ġranet oħra li fihom ma jiswiex li jittiekel il-laħam, allura fil-kalendarju kienu jimmarkaw dawk il-jiem b’ħuta ħamra madwar in-numru tad-data.
Intant, f’Ras ir-Randan, mal-ħdax ta’ filgħodu konna ndoqqu tliet tokki bil-qanpiena tal-Angelus, biex bħal infakkru n-nies li sar il-ħin biex jieklu xi ħaġa f’nofs il-jum qabel ma jerġgħu jkomplu s-sawma.
Tul ir-Randan ma kinux jiċċelebraw żwiġijiet u għalhekk kienu jkunu bosta dawk il-koppji li jiżżewġu fl-ewwel Sibt ta’ wara l-Għid il-Kbir. Nhar il-Ġimgħa wara l-ewwel Ħadd tar-Randan konna narmaw l-istazzjonijiet tal-Via Sagra bil-girlandi u l-brazzi tal-festa peress li dakinhar kienet tkun il-festa tagħhom. Kien isir il-kant ma’ kull stazzjon u wara ssir il-prietka li jien nafha ssir fil-quddiesa. Il-Ġimgħa ta’ wara kien jintrama l-‘Ecce Homo’ fuq l-artal tal-Kurċifiss u ssirlu l-prietka filgħaxija. Niftakarha ssir minn Dun Rikard u għaliha kien jitħallas 16-il xelin (kważi €2).
Imbaghad kienu jibdew l-Ezercizzi: għax-xebbiet, għan-nisa, għall-ġuvintur, għall-irġiel u għal kulħadd. It-tfal kien ikollhom il-prietki tagħhom fl-iskejjel. Ix-xebbiet u l-ġuvintur ma kinux biss dawk li għadhom żgħażagħ fl-età iżda kienu jinkludu wkoll dawk l-anzjani li ma żżewġux u probabbli anke min romol. Għall-eżerċizzi, flok jipprietkaw mill-pulptu, kienu jagħmlu palk (illum addattajnieh bħala bankun għall-vari proċessjonali) quddiem l-artal in-naħa tal-epistola (qrib fejn illum hemm l-orgni) li fuqu kien ikun hemm il-Kurċifiss il-Kbir flimkien ma’ mejda u siġġu għall-predikatur. Kienu jġibu xi qassisin barranin minn tal-Missjoni l-Kbira, li jqarru fil-konfessjonarji ta’ wara għax it-tnejn ta’ quddiem kienu riservati għall-Kappillan u għall-Viċi, jiġifieri Dun Rikard.
Fl-aħħar ħmistax tar-Randan, jiġifieri ma’ Ħadd Lazzru, kien isir l-għammad – it-twieqi t’isfel jitgħattew bid-drapp iswed, ta’ fuq bil-kartun, u l-kwadri u l-istatwi bid-drapp vjola li kien jibqa’ hemm sal-Glorja ta’ Sibt il-Għid. Bħal kull raħal ieħor, issir il-purċissjoni tad-Duluri, il-funzjoni tal-ħasil tar-riġlejn u l-vizti lis-sepulkru. Aktar tard daħlet id-drawwa tal-purċissjoni ta’ Ħadd il-Palm bil-personaġġi u l-ħmar kif ukoll tal-pageant tal-passjoni. F’Ħamis ix-Xirka konna narmaw l-Appostli bejn il-gandlieri fuq l-artal.
Is-sepulkru kien jintrama bix-xeni iżda fis-snin 60 tbiddel f’forma t’artal għall-adorazzjoni. Lejlet Ħamis ix-Xirka kienet issir il-funzjoni tat-Tniebri. Mill-Glorja tal-Ħamis ix-Xirka sal-Glorja ta’ Sibt il-Għid, il-qniepen iċedu posthom għaċ-ċuqlajta. U bħalma sal-lum għad hemm id-domanda għall-friegħi taż-żebbuġ imberkin, xi wħud kienu jiġu jitolbuna l-fjuri tas-sepulkru. ■
Perit Michael Schembri
Arkivju
- April 2020 (3)
- March 2019 (4)
- March 2017 (1)
- February 2015 (3)
- April 2014 (41)
- March 2014 (12)
- March 2013 (29)
- April 2012 (18)
- March 2012 (12)
- April 2011 (12)
Virgini Perdolenti 2014 – Banda Birzebbuga
Virgini Perdolenti 2015 – Banda Birzebbuga
Virgini Perdolenti 2016 – Banda Birzebbuga
Virgini Perdolenti 2017 – Banda Birzebbuga
L-Irxoxt lura f’Birżebbuġa wara 18-il Sena. (1999-2017)
Marċi Funebri
Marċi Funebri
Marċi Funebri
Marċi Funebri (La Stella Gozo)
Marċi Funebri (Valletta)
Marċi Funebri (Ciappara, Sciberras u Diacono)
Marċi Funebri (Kollha Kompożituri Maltin)
Marċi Funebri
Marċi Funebri (La Vallette)
Marċi Funebri (Beland)
Marċi Funebri (Banda DePaule 2014)
Banda Leone (Giovanni Giumarra)
Purċissjoni Ħal Għaxaq 2017
Purċissjoni Ħal Luqa 2018
Purċissjoni Ġimgħa Kbira – San Ġorġ Għawdex (2019)
Purċissjoni Ħal Qormi (2018)
Pagaent: Lumen (Żejtun Band)(2019)
Pagaent fit-Toroq ta’ Ħal Tarxien (2019)
FB Page Uffiċċjali ::: Parroċċa San Pietru fil-Ktajjen Birżebbuġa
Marċi Funebri ta’ Mro. Paul Schembri
Purċissjoni Belt Valletta (2018)
Wirjiet fil-Birgu (2018)
Purċissjoni tal-Birgu (2018)
Purċissjoni tal-Isla (2018)
Pagaent Marsa 2014
Pagaent: Iż-Żgħir ta’ Żebedew (Bormla)(2017)3
David and Goliath
Kefa – Bormla (2019)
Administration
Spam Blocked
Blogroll
FACEBOOK PAGES TA' GĦAQDIET KULTURALI MALTIN
- Banda Beland, Żejtun Banda Beland, Żejtun 0
- Banda Żejtun, Żejtun Banda Żejtun, Żejtun 0
- Fgura Pageant Group – FPG Fgura Pageant Group – FPG 0
- Ghaqda Kultura Armar Marija Annunzjata Tarxien A.D.1988 L-Istillieri ta’ Ħal-Tarxien (Ta’ Joseph Abela) 0
- Marsa Pageant Group Marsa Pageant Group 0
FACEBOOK PAGES TA' KUMITATI LI JIEĦDU ĦSIEB PURĊISSJONIJIET TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA
- Ġimgħa L-Kbira, Valletta Ġimgħa L-Kbira, Valletta 0
- Ġimgħa L-Kbira, Żejtun Ġimgħa L-Kbira, Żejtun 0
Links relatati ma' Birżebbuġa
- Birżebbuġa Symphonic and Marching Band A.D. 1990 A website about Birżebbuġa Symphonic and Marching Band founded in 1990 in the village of Birżebbuġa, Malta. 0
- San Ġorġ Birżebbuġa A website about the very old Catholic chapel of Saint George’s and its surroundings in Birżebbuġa, Malta. 0
FB Page: Passio Coelorum Rex Good Friday Exhibition (Birżebbuġa)
FB Page: Wirja ‘Ecce Homo’ ta’ Jurgen Camilleri (Birżebbuġa)
FB Page Uffiċċjali tad-Djoċesi ta’ Malta
FB Page: Grupp Teatrali 14 ta’ Jannar Birżebbuġa
FB Page Uffiċċjali tal-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar Birżebbuġa
FB Page Uffiċċjali tal-Kummissjoni Armar Estern Banda Birżebbuġa A.D. 2012
FB Page: Ħbieb Ġimgħa l-Kbira ta’ Birżebbuġa
FB Page Uffiċċjali: Qasam tas-Subien MUSEUM Birżebbuġa
FB Page: Bengħisa
FB Page Uffiċċjali: Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Blogs I Follow
- Birzebbuga Carnival
- Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta
- Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa
- BENGĦISA: ir-raħal tal-Immakulata
- San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog
- iljuni.wordpress.com/
- Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.
- Sanctus Petrus Apostolus Birzebbugae Patronus
- Mater Dolorosa
L-aktar Posts riċenti
- duluri
- Inħarsu b’Ottimiżmu lejn is-Sena d-Dieħla 2021.
- Il-Programm tal-Ġimgħa Mqaddsa 2020 għall-Parroċċa ta’ Birżebbuġa.
- Il-Ġimgħa Mqaddsa 2020 fil-qilla ta’ Pandemija kbira.
- Ras Ir-Randan 2019 f’Birżebbuġa
- Drawwiet Marbutin mar-Randan f’Birżebbuġa.
- Marzu 2019
- Editorjal 2019: Resqin lejn Ir-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa 2019
- Din is-Sena se jkun hawn 9 Wirjiet tal-Ġimgħa Mqaddsa f’Birżebbuġa.
- EŻERĊIZZI f’Birżebbuġa Għas-Sena 2015
- Ras ir-Randan f’Birżebbuġa 2015
- duluri
Blogs I Follow
Żaruna - Visitors of this Page
- 50,753 hits
- Join 1,736 other subscribers
Our Wordpress Gravatar
Personal Links
Il-Ħames Ħdud tar-Randan
Leave a comment
Comments 0