Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

Archive for March, 2012

Marċi Funebri

Fir-raħal tagħna għad li m’għandnix Ġimgħa l-Kbira għandna 2 baned li fir-repertorju tagħhom nsibu sett sabiħ ta’ marċi funebri.  Mhux l-ewwel darba li ż-2 għaqdiet mużikali semmgħulna siltiet mill-marċi funebri tagħhom.

Illum sabiex nidħlu aktar fl-atmosfera qed nipproponi dan il-youtube channel li hu kollu ddedikat għall-marċi funebri http://www.youtube.com/user/MarciFunebriMalta?feature=watch Żbaljat ikun dak l-individwu jekk jaħseb li din hija mużika kerha, mentri fil-verita din it-tip ta’ mużikali tisboq l-isbaħ melodija u armonija minn fost it-tipi ta’ marċi kollha li jeżistu.  Tabilħaqq żbaljat ikun min jaħseb li din it-tip ta’ mużika mhijiex popolari.

Advertisements

Image

Illum tibda l-Produzzjoni MAESTUZ

ZAKPageant2012-MAESTUZ


Ħadd il-Palm Birżebbuġa 2012

Għada niċċelebraw Ħadd il-Palm.  Hija l-ġurnata li biha niftħu b’mod aktar qawwi l-Ġimgħa Mqaddsa.  Din il-ġurnata hija karatterizzata mit-tieni purċissjoni fis-sena fl-ispazju ta’ 3 ijiem.

Il-festa ta’ Ħadd il-Palm, tfakkarna fil-ġrajja meta Ġesu daħal Ġerusalemm, il-Belt li ħonqot il-profeti.  Ġesu, riekeb fuq ħmara jintlaqa’ tajjeb min-nies tal-Belt u dawn jakklamawh.  F’din il-ġurnata tant solenni, jitbierek il-Palm u ż-Żebbuġ.  F’Birżebbuġa dan isir billi l-ewwel toħroġ purċissjoni mill-parroċċa sal-Parroċċa l-qadima tad-Duluri fejn hemmhekk issir iċ-ċerimonja tat-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ u tal-palm u mbagħad terġa’ ssir purċissjoni lura għall-knisja parrokkjali, bis-sehem tal-fratelli u l-appostli.  Din iċ-ċerimonja tant sabiħa u tant tradizzjonali ssir f’diversi parroċċi madwar Malta.

It-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ u tal-palm se jsir fit-8:45am quddiem il-kappella tad-Duluri, bis-sehem tat-tfal lebsin ilbies Lhudi.


X’ġara lbierah f’Jum id-Duluri

Jum id-Duluri fil-Parroċċa

Ilbieraħ kien Jum id-Duluri u bħas-soltu saret iċ-ċelebrazzjoni b’konnessjoni ma’ din il-festa tant għażiża.  Fil-knisja kien hemm żewġ quddisiet, waħda fil-5.15 p.m., qabel il-purċissjoni u l-oħra wara, għal ħabta tas-7.00 p.m.  Il-purċissjoni ħarġet fis-6pm b’folla kbira ta’ devoti li mxiet wara l-purċissjoni fejn ġie mmeditat ir-Rużarju Mqaddes.

Bħas-soltu n-numru ta’ devoti kien wieħed kbir, wieħed li jixhed l-imħabba li għandu dan il-poplu għall-ewwel patruna tiegħu.

Infetħet ukoll il-Wirja tal-Banda San Pietru AD 1957

Ilbieraħ infetħet ukoll il-Wirja tal-Banda San Pietru Fil-Ktajjen AD 1957.  Din se tibqa’ miftuħa sat-8 t’April 2012.


Jum id-Duluri fit-Tradizzjoni Maltija

Kwadru tad-Duluri, fil-Kappella ta' Bengħisa, Birzebbuga.

Kwadru tad-Duluri, fil-Kappella ta' Bengħisa, Birzebbuga.

Jum id-Duluri hu jum qaddis fil-filosofija tal-Maltin.

Hu jum tax-xoghol izda xorta wahda wiehed jisma’ quddiesa, hu jum bhall-ohrajn izda xorta wahda wiehed jaghmel minn kollox biex jattendi purcissjoni. Jum id-Duluri jigi ccelebrat gimgha qabel Hadd l-Palm.

Hu jum fejn l-ambjent u l-atmosfera huma serji. Bosta hwienet jaghlqu, is-swali tac-cinema jkunu maghluqa ukoll. Il-hajja tilbes libsa ta’ dieqa u soghba. Il-hsieb f’mohh il-bniedem ikun il-Madonna u n-niket li garrbet matul l-ahhar siegha ta’ binha qabel il-mewt tieghu.

Il-familja

Jum id-Duluri hu jum ta’ sagrificcju. Kulhadd jaghmel sagrificcju sew zghir u sew kbir. Fl-antik lit-tfal kienu jwissuhom biex ma jidhkux u biex ma jaghmlux storbju zejjed. Il-helu kien ikun nieqes minn idejn it-tfal, ghalhekk kienu jweghduhom li jekk isumu fid-Duluri l-Bambin kien igibilhom il-helu. U l-ghada kienu jsibu l-helu taht l-imhadda migbur f’borza. Dan il-helu ma kienx ikun bhal tas-soltu, izda kien wiehed specjali, differenti mis-soltu ghaliex lit-tfal kienu jghidulhom li l-anglu gab dan il-helu matul il-lejl ta’ bejn Jum id-Duluri u lejlet Hadd il-Palm.

Sagrificcju kull fejn tara. Ghall-kbar hemm is-sawm. Dari l-aktar sawma popolari kienet dik tas-seba’ bukkuni, fejn dan it-tip ta’ sawm kien jitlob mieghu t-talba tas-seba’ bicciet hobz, u wiehed kien jiekol biss dawn il-loqom tal-hobz u jiehu ftit ilma. In-nies kienu jduru mat-triq kollha, ihabbtu bieb bieb u jitolbu seba’ bicciet hobz minghand il-girien. Dan kien jitlob sagrificcju kbir ghaliex kien ikollok taghmel wiccek ma’ nies li kont tafhom u tarahom kuljum.

F’Hal Tarxien kien hemm id-drawwa li jpoggu siggu ta’ l-abjad wara l-bieb tad-dar bil-hobz fuqu. Meta wiehed kien imur jittallab ghandhom kienu jaghtuh bicca minn dan il-hobz. Filwaqt li f’Ghawdex kien hemm id-drawwa tal-hobz bl-uzin. Biex wiehed ma jikolx iz-zejjed f’dan il-jum kien jizen il-hobz li kien jigbor. Ghaliex wiehed kien mistenni jiehu biss daqs kwart hobz.

Taqbiliet

Maz-zmien inholqu diversi taqbiliet li juru s-sawm iebes ghal Jum id-Duluri. Wahda minnhom tghid:

F’gieh il-festa tad-Duluri,
bicca hobz nitolbok tini.


Taqbila twila tghid hekk:

O Marija Omm id-Duluri
Imbikkija bla ma turi,
Tara l-Ibnek mislub,
Biex tarana minghajr dnub.

Konna nghiduha fir-ruzarju. Ohra tghid kwazi l-istess haga:

Ghandkom gejt f’gieh id-Duluri
Loqma hobz nitlob aghtuni
F’din is-sawma hobz u ilma,
Ghandi bzonn seba’ bukkuni.

Purċissjonijiet

Kull parrocca torganizza purcissjoni tad-Duluri. Purcissjoni li tkun b’vara wahda u fiha jsir talb wara talb. Dari ghal din il-purcissjoni l-haddiema kien ikollhom ftit sighat nieqsa mill-orarju taghhom.

Fis-sena 2000 kien hemm purcissjoni unika li sehhet f’Tas-Sliema. Billi Tas-Sliema hemm erba’ parrocci, kull wahda kienet organizzat wahda u dawn iltaqghu fic-centru ta’ Tas-Sliema – f’Dingli Circus.

F’Jum id-Duluri hafna jakkumpanjaw l-ghaqdiet u tal-muzew jigbru t-tfal taghhom li jattendu d-duttrina. Il-qasam tas-subien jimxu fuq quddiem filwaqt li l-bniet jimxu fuq wara. Bosta nies jaghmlu l-weghdiet f’din il-purcissjoni u uhud jaghmlu l-weghda li jimxu hafjin f’din il-purcissjoni. Uhud iwieghdu li kull darba li l-vara tieqaf matul il-purcissjoni huma jinzlu gharkupptejhom. Fl-imghoddi kienu jesageraw, ghaliex kienu jimxu l-bicca l-kbira tal-purcissjoni gharkubbtejhom. U sahansitra uhud kienu jorbtu l-ktajjen ma’ saqajhom izda dawn iz-zewg uzanzi gew ipprojbiti mill-awtorità.


Ħsieb dwar id-Duluri

Dan huwa Fr. Hayden li għamel 2 kelmiet sbieħ fuq it-tema tad-Duluri f’Jum id-Duluri.  Nirrakomanda li tisimghu dan il-clip għax huwa interessanti.  Aparti t-tifsira tat-tema tad-Duluri, fil-bidu tal-clip jissemma l-fatt li d-Duluri hija ċċelebrata fil-15 ta’ Settembru.  Filfatt dik hija l-festa li Birżebbuġa kienet u għandha tiċċelebra għax storikament Id-Duluri kienet l-ewwel titular ta’ dan ir-raħal għażiż tagħna.

Fr. Hayden jagħmel ħsibijiet sbieħ fuq il-figura tad-Duluri, il-mara umli li batiet fis-skiet.


Għada niċċelebraw id-Duluri f’Birżebbuġa

Duluri Birzebbuga Portrait

Duluri Birzebbuga Portrait

Malta għada tfakkar l-festa devota tad-Duluri fejn f’bosta parroċċi madwar Malta u Għawdex isiru purċissjonijiet bl-istatwa ta’ Marija Addolorata.  Forsi ftit huma dawk il-Birżebbuġin speċjalment dawk iż-żgħar li għadhom qed jikbru, li Birżebbuġa qabel ma kienet iddedikata lil San Pietru Appostlu, din kienet iddedikata lil Marija Addolorata u kienet issirilha festa f’Settembru.  Għalhekk bir-raġun kollu Marija Addolorata għandha post speċjali fil-qalb tan-nies ta’ Birżebbuġa.  Dan jintwera biċ-ċar fil-purċissjoni li ghaliha jattendu ħafna u ħafna nies.  Il-purċissjoni għadha toħroġ mill-knisja fis-6pm.  Filgħaxija, jkun hawn żewġ quddisiet, waħda fil-5.15 p.m., qabel il-purċissjoni u l-oħra wara, għal ħabta tas-7.00 p.m.

Hija tradizzjoni, anke jekk f’dawn iż-żminijiet qed tonqos xi ftit, li ħafna nies jimxu ħafjin wara l-istatwa tad-Duluri bħala sinjal ta’ sagrifiċċju – anke għax il-festa tad-Duluri hi marbuta wkoll ma’ bosta wegħdi li jsiru. Wara din il-festa, b’Ħadd il-Palm, nhar il-Ħadd tiftaħ il-Ġimgħa Mqaddsa li twassalna għall-akbar festa tal-Knisja, dik tal-Għid il-Kbir li tfakkar il-passjoni u l-qawmien mill-mewt ta’ Ġesù Kristu.

F’dawn il-ġranet ta’ qabel il-Ġimgħa l-Kbira jilħqu l-qofol tagħhom ukoll attivitajiet kulturali u reliġjużi b’għadd kbir ta’ rappreżentazzjonijiet teatrali, pageants u wirjiet.