Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

L-Irxoxt

L-Irxoxt

Kienet fuq inizzjattiva ta’ Alfred Formosa, Anthony Vella, Anthony Camilleri, Angelo Cutajar u Ray Cutajar, kollha kemm huma membri tal-Kumitat tas-Soċjeta’ li fis-sena 1998 kellhom il-ħsieb sabiħ u ġenwin li f’Birżebbuġa wkoll ikollna statwa ta’ Kristu Rxoxt. Il-proposta tagħhom tressqet quddiem il-kumitat tas-Soċjeta’ nhar it-28 ta’ April 1998. I l-kumitat aċċetta bil-ferħa din il-proposta. Ġimgħa wara l-proposta, proprju fil-5 ta’ Mejju tal-1998, il-Kummissjoni marret għand l-istatwarju Alfred Camilleri Cauchi u kkummissjonatlu din l-opra artistika. L-ispiża għall-istatwa ta’ Kristu Rxoxt biss laħħqet it-Lm800 u dan apparti l-ispejjeż l-oħra bħall-bradella, niċċa u tagħmir ieħor. Il-pjan ta’ din il-Kummissjoni kien li l-Irxoxt ikun lest u jiġi rregalat lis-Soċjeta’ għall-Għid il-Kbir, tal-4 t’April tal-1999.

Il-Poplu Birżebbuġi madwar l-Irxoxt

L-4 t’April tal-1999 wasal ukoll. Ħafna kienu n-nies ħerqana li jaraw l-istatwa l-ġdida ta’ Kristu Rxoxt. Fir-raħal sabiħ tagħna qatt qabel ma kellna ċ-ċans li ngawdu din il-festa flimkien bħala parroċċa waħda. Ħafna nies niżlu quddiem is-sede tas-Soċjeta’ biex jaraw iċ-ċerimonja. Fil-gallerija tal-każin quddiem folla kbira ta’ nies, il-president Anthony Camilleri flimkien mas-segretarju Joseph Caruana ġew irregelati din l-istatwa mill-Kummissjoni li ġabret u ħadmet għal din l-opra. Malli nkixfet l-istatwa, il-folla ta’ nies infaqgħet f’ċapċip kbir u l-Banda Birżebbuġa daqqet innijiet għall-okkażjoni. Wara sar marċ pulit u serju mat-toroq ta’ Birżebbuġa. Mill-gallarija tal-każin intefgħu numru kbir ta’ fjuri friski. Is-Socjeta’ Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990 ħadet dan l-impenn b’serjeta’ kbira u mexxiet kollox bid-dekor li kien jixraq.

Kultura u Tradizzjoni

F’Birżebbuġa minn dejjem kien jinħass in-nuqqas ta’ inizjattivi kulturali. Dejjem kien hawn ix-xewqa li l-poplu Birżebbuġi jkollu identita’ tiegħu b’permezz ta’ attivitajiet kulturali bħalma jsiru f’irħula oħra. Meta twaqqfet is-Soċjeta’ tagħna l-kumitat kien wera biċ-ċar li din l-għaqda kienet se taħdem biex ittemm l-apatija kbira li teżisti u żżid fil-kultura fir-raħal tagħna. Kien għalhekk li wħud mill-membri tas-Soċjeta’ tagħna riedu fuq inizzjattiva tagħhom stess li jagħmlu pegeant ħaj mat-toroq tar-raħal tagħna u barra li jintużaw xi personaġġi bibbliċi u suldati rumani tinħareġ ukoll statwa sabiħa ta’ Kristu Rxoxt. Is-Soċjeta’ tagħna għamlet dan kollu ġenwinament għax il-poplu Birżebbuġi jixtieq li barra li jikkura lilu nnifsu spiritwalment jixtieq ukoll li ma jkunx nieqes mis-sabiħ ta’ dawn it-tradizzjonijiet li huma wkoll parti mir-reliġjon tagħna.

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s