Inħarsu b’Ottimiżmu lejn is-Sena d-Dieħla 2021.

M’hemm l-ebda dubju li dan huwa Għid il-Kbir b’differenza. Minħabba l-Pandemija Covid-19 kull attività marbuta mal-Irxoxt ġiet imħassra ma’ Malta u Għawdex kollu. Dan huwa mument mhux komuni għalina. Ħajjtna nbidlet mil-lejl għan-nhar. Xejn m’għadu bħal qabel. Inħarsu ‘l quddiem għas-sena d-dieħla. Min-naħa tagħna, nawguraw lill-Maltin u l-Għawdxin kollha, l-Għid it-Tajjeb.

L-Irxoxt lura f’Birżebbuġa fl-2017.

Is-sena d-dieħla (Sena Liturġika B)

  • Ras ir-Randan se jiġi nhar l-Erbgħa 17 ta’ Frar 2021.
  • Ħadd Lazzru se jiġi nhar il-Ħadd 21 ta’ Marzu 2021.
  • Ħadd il-Palm se jiġi ċċelebrat nhar it-28 ta’ Marzu 2021.
  • L-Erbgħa tat-Tniebri se jiġi nhar il-31 ta’ Marzu 2021 f’Jum il-Ħelsien.
  • Ħamis ix-Xirka ġejja nhar l-1 t’April 2021.
  • Il-Ġimgħa l-Kbira ġejja nhar it-2 t’April 2021.
  • Sibt il-Għid ġejja nhar it-3 t’April 2021.
  • Ħadd il-Għid se jiġi nhar l-4 t’April 2021.

L-Għid il-Kbir jista’ jiġi l-iktar l-kmieni nhar it-22 ta’ Marzu u l-iktar tard il-25 t’April.

Il-Programm tal-Ġimgħa Mqaddsa 2020 għall-Parroċċa ta’ Birżebbuġa.

Il-Ġimgħa Mqaddsa 2020 fil-qilla ta’ Pandemija kbira.

Il-Papa Franġisku f’ċerimonja straordinarja fil-bidu tal-Pandemija kbira tal-Covid-19, jagħti l-benedizzjoni tiegħu fi Piazza San Pietro mingħajr nies, ritratt surreali li se jibqa’ mmarkat fl-istorja umana. 27 ta’ Marzu 2020.

Din is-sena l-Ġimgħa Mqaddsa hija waħda differenti, waħda siekta, ‘il bogħod mill-entużjażmu tal-kultura reliġjuża popolari. Agħar minn hekk, il-fidili ma jistgħux lanqas immorru l-knijsa għall-funzjonijiet. Dan minħabba li sa minn Diċembru 2019 fiċ-Ċina faqqgħet pandemija perikoluża li bdiet tinfirex mad-dinja kollha u waslet fuq ix-xtut tagħna lejn l-aħħar ta’ Frar dħul Marzu 2020. Din hija tista’ tgħid xi ħaġa mingħajr preċedent. L-aħħar pandemija ta’ dan il-kobor seħħet mitt sena ilu, qisu bejn l-1918 u l-1920 meta wara l-Ewwel Gwerra Dinjija faqqgħet l-influwenza Spanjola li qatlet madwar 50 miljuna persuna. Il-kriżi li ninsabu fiha bħalissa hija simili ħafna tal-kriżi li għaddejna minna fit-Tieni Gwerra Dinjija bejn l-1939 u l-1945. L-ekonomija u t-turiżmu ħadu l-akbar daqqa ta’ ħarta li qatt setgħu jieħdu. Trasport bl-ajru u lukandi battala mad-dinja kollha. Mijiet qed jistennew li jitilfuq xogħolhom ukoll. Din hija kriżi, frott ta’ gwerra kontra għadu trasparenti, virus perikoluż li qed jattakka diversi nies u qed joqtol eluf kbar mad-dinja kollha. Il-ġirien tagħna t-Taljani jinsabu f’kriżi kbira, u sħabhom l-Ispanjoli xejn inqas. Dawn huma żewġ nazzjonijiet fejn il-Ġimgħa Mqaddsa hija ċċelebrata fl-ikbar pompa. Xejn minn dan din is-sena. Kollox sieket se jibqa’, la purċissjonijiet, la pagaents, la manifestazzjonijiet, xejn. Imma agħar minn hekk, il-fidili ma jistgħux jiċċelebraw flimkien bħala komunità fil-knejjes tagħhom dan il-misteru qaddis. Din is-sena f’atmesfera tassew surreali, il-lajċi u r-reliġjużi jkollhom isegwu kollox fuq it-televixin jew minn fuq l-internet, minħabba l-liġijiet li l-istat qed joħroġ f’dan iż-żmien ta’ emerġenza kbira. Fl-24 ta’ Marzu 2020, fid-dawl ta’ din it-traġedja li qed ngħixu, il-Knisja ddeċidiet li din is-sena ma jsiru l-ebda manifestazzjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira u anke tal-festi li jsiru matul is-Sajf. Anke l-preċett u l-griżma se jkollhom jiġu posposti. Dan huwa mument straordinarju li qed ngħixu, xi ħaġa li n-nanniet tagħna la qatt raw bħalha u lanqas biss stennew li se nsibu ma’ wiċċna.

Din is-sena għalhekk dan iż-żmien qed inqattgħuh ġewwa b’ċertu biżà u trepidazzjoni. Il-funzjonijiet se narawhom fuq it-televixin. Din is-sena qed niċċaħdu minn kull manifestazzjoni li tressaqna lejn Alla, forsi għal gost ta’ dawk li huma patetikament atei, agnostiċi jew li moħħhom huwa kkmandat mill-puritaniżmu protestant. Għalhekk din is-sena hija s-sena li se togħġob lilhom, però xejn inqas għal min iħobb il-kultura reliġjuża popolari. Forsi din is-sena huwa ċ-ċans sabiħ li ninġabru iktar flimkien mal-familja u nesperjenzaw il-misteru tal-passjoni ta’ Ġesù fid-djar tagħna, forsi anke quddiem xi xbieha jew xi salib mixgħul bil-lejl kif qalilna li għandna nagħmlu xorta l-Isqof tagħna Mons. Charles J. Scicluna f’wieħed mill-messaġġi li tana matul dawn il-jiem partikolari. Għalhekk min għandu xi sett ta’ vari tal-passjoni jew xi salib li jista’ jixegħlu ma joqgħodx jiddejjaq jarmahom. Ma ninsewx li s-salib huwa s-simbolu tar-rebħa. Dan iż-żmien jgħaddi u forsi se jkun żmien diffiċli li jaf iħalli diversi vittmi u mejta, imma jgħaddi wkoll. Inħarsu ‘l quddiem biex inkomplu mexjin fil-mixja tagħna. Alla magħna sal-aħħar tad-Dinja.

Ras Ir-Randan 2019 f’Birżebbuġa

Nhar l-Erbgħa 6 ta’ Marzu 2019, wara l-jiem sbieħ tal-Karnival, Malta bdiet ir-riflessjoni tagħha fil-mixa li trid twassalna biex nimmeditaw il-Passjoni u l-Mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu, liema miexja ma tieqafx mal-mewt imma tilħaq il-milja tagħha bil-Qawmien ta’ Sidna Ġesù Kristu.

Anke fir-raħal tagħna sabiħ tagħna ta’ Birżebbuġa, bdejna din il-mixja. Nhar l-Erbgħa 6 ta’ Marzu 2019, tajna bidu għar-Randan permezz ta’ Via Sagra mill-Kappella tad-Duluri sal-Knisja Parrokkjali. Għal dan il-għan ġie wżat salib antik ħafna li huwa konservat fil-Knisja tas-Sagra Famiglia. Wara l-Via Sagra ċċelebrajna l-funzjoni bit-tqegħid tal-irmied.

F’Birżebbuġa dawn l-aħħar snin erġajna introduċejna l-pellegrinaġġ ta’ qabel il-funzjoni tat-tqegħid tal-irmid. Dan qed nagħmluh b’kurċifiss u b’Via Sagra. L-attendenza hija sabiħa meta tqis li din il-Via Sagra inqatgħet mill-ħajja tal-parroċċa hekk kiesaħ u biered. Għalhekk ta’ min wieħed jirringrazzja lill-kappillan preżenti u nagħmlulu kuraġġ sabiex ikompli jiċċelebra din il-ġurnata qaddisa b’pellegrinaġġ u Via Sagra qabel il-funzjoni tat-tqegħid tal-irmied.

Ir-ritratti li qed jintwerew huma kollha ta’ Anthony Xuereb, fotografu professjonali u bravu minn Birżebbuġa.

Ras ir-Randan Birżebbuġa 2019

Drawwiet Marbutin mar-Randan f’Birżebbuġa.

Artiklu Interessanti miktub mill-Perit Michael Schembri fuq l-insert tal-Magażin ‘Flimkien’ tal-Parroċċa tagħna ta’ Birżebbuġa Marzu 2019 Numru 172 (jew Birżebbuġa – Leħen il-Parroċċa – Ħarġa 300 – Marzu 2019)

Fl-Erbgħa tar-Rmied jibda r-Randan Imqaddes. Niftakar li fl-antik, mal-bidu tas-sena, konna nixtru l-Almanakk mingħand l-Ajk Franġiskan, jidhirli li kien fra ta’ Ġiezu, li kien jiġi jiġbor għall-kunvent jew għall-Art Imqaddsa. Billi Ras ir-Randan, il-Gimgħa l-Kbira u dak iż-żmien kien għad hemm ġranet oħra li fihom ma jiswiex li jittiekel il-laħam, allura fil-kalendarju kienu jimmarkaw dawk il-jiem b’ħuta ħamra madwar in-numru tad-data.

Intant, f’Ras ir-Randan, mal-ħdax ta’ filgħodu konna ndoqqu tliet tokki bil-qanpiena tal-Angelus, biex bħal infakkru n-nies li sar il-ħin biex jieklu xi ħaġa f’nofs il-jum qabel ma jerġgħu jkomplu s-sawma.

Tul ir-Randan ma kinux jiċċelebraw żwiġijiet u għalhekk kienu jkunu bosta dawk il-koppji li jiżżewġu fl-ewwel Sibt ta’ wara l-Għid il-Kbir. Nhar il-Ġimgħa wara l-ewwel Ħadd tar-Randan konna narmaw l-istazzjonijiet tal-Via Sagra bil-girlandi u l-brazzi tal-festa peress li dakinhar kienet tkun il-festa tagħhom. Kien isir il-kant ma’ kull stazzjon u wara ssir il-prietka li jien nafha ssir fil-quddiesa. Il-Ġimgħa ta’ wara kien jintrama l-‘Ecce Homo’ fuq l-artal tal-Kurċifiss u ssirlu l-prietka filgħaxija. Niftakarha ssir minn Dun Rikard u għaliha kien jitħallas 16-il xelin (kważi €2).

Imbaghad kienu jibdew l-Ezercizzi: għax-xebbiet, għan-nisa, għall-ġuvintur, għall-irġiel u għal kulħadd. It-tfal kien ikollhom il-prietki tagħhom fl-iskejjel. Ix-xebbiet u l-ġuvintur ma kinux biss dawk li għadhom żgħażagħ fl-età iżda kienu jinkludu wkoll dawk l-anzjani li ma żżewġux u probabbli anke min romol. Għall-eżerċizzi, flok jipprietkaw mill-pulptu, kienu jagħmlu palk (illum addattajnieh bħala bankun għall-vari proċessjonali) quddiem l-artal in-naħa tal-epistola (qrib fejn illum hemm l-orgni) li fuqu kien ikun hemm il-Kurċifiss il-Kbir flimkien ma’ mejda u siġġu għall-predikatur. Kienu jġibu xi qassisin barranin minn tal-Missjoni l-Kbira, li jqarru fil-konfessjonarji ta’ wara għax it-tnejn ta’ quddiem kienu riservati għall-Kappillan u għall-Viċi, jiġifieri Dun Rikard.

Fl-aħħar ħmistax tar-Randan, jiġifieri ma’ Ħadd Lazzru, kien isir l-għammad – it-twieqi t’isfel jitgħattew bid-drapp iswed, ta’ fuq bil-kartun, u l-kwadri u l-istatwi bid-drapp vjola li kien jibqa’ hemm sal-Glorja ta’ Sibt il-Għid. Bħal kull raħal ieħor, issir il-purċissjoni tad-Duluri, il-funzjoni tal-ħasil tar-riġlejn u l-vizti lis-sepulkru. Aktar tard daħlet id-drawwa tal-purċissjoni ta’ Ħadd il-Palm bil-personaġġi u l-ħmar kif ukoll tal-pageant tal-passjoni. F’Ħamis ix-Xirka konna narmaw l-Appostli bejn il-gandlieri fuq l-artal.

Is-sepulkru kien jintrama bix-xeni iżda fis-snin 60 tbiddel f’forma t’artal għall-adorazzjoni. Lejlet Ħamis ix-Xirka kienet issir il-funzjoni tat-Tniebri. Mill-Glorja tal-Ħamis ix-Xirka sal-Glorja ta’ Sibt il-Għid, il-qniepen iċedu posthom għaċ-ċuqlajta. U bħalma sal-lum għad hemm id-domanda għall-friegħi taż-żebbuġ imberkin, xi wħud kienu jiġu jitolbuna l-fjuri tas-sepulkru. ■

Perit Michael Schembri

Marzu 2019

Editorjal 2019: Resqin lejn Ir-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa 2019

Ninsabu fl-aħħar jumejn tal-Karnival sabiħ ta’ Malta li Alla jbierek anke aħna l-Birżebbuġin nafu ngawduh kif suppost (birzebbugacarnival.wordpress.com)  bis-saħħa tal-Kunsill u ż-żewġ baned tagħna.  Issa li wasalna lejn l-aħħar, dawk li għandhom għal qalbhom il-ġimgħa Mqaddsa jibdew iħarsu ‘l quddiem sabiex jiċċelebraw bl-aħjar u bl-isbaħ mod dawn il-jiem ta’ ġabra.

Aħna n-nies ta’ Birżebbuġa għandna għalfejn inkunu kburin u dan għaliex din il-parroċċa l-ewwel ma ġiet iddedikata kienet lill-Madonna tad-Duluri.  Dan ifisser li għad li m’għandniex vari u purċissjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa bħalma għandhom l-irħula ġirien tagħna, xorta waħda għandna nħossu li dawn iċ-ċelebrazzjonijiet jappartjenuna b’mod speċjali daqshom.  Mhux hekk biss, imma meta l-Isqof Dom Mauro Caruana ddeċieda li jibdel it-titular tal-parroċċa tagħna, għażel qaddis kbir li wkoll għandu rabta mal-ġrajja tal-passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu.  Għalkemm fir-reliġjon tagħna nagħtu importanza kbira lill-Marija Addolorata, il-figura ta’ San Pietru Appostlu hija ferm ċentrali fil-kwadru tal-ħajja terrena ta’ Ġesù.  Dan għaliex fl-Evanġelji ta’ spiss niltaqgħu m’episodji fejn Ġesù jirrevela l-missjoni tiegħu, dik li jingħata f’idejn l-‘għedewwa’ biex jinqatel u Alla wara tliet ijiem jerġa’ jqajjmu mill-ġdid.  F’dawn l-episodji donnu San Pietru jieħu xejra ta’ protagonista, daqqa jeżalta n-natura ta’ Ġesù u daqqa Ġesù stess ikeċċieh minn quddiemu għax jarah ta’ xkiel għall-missjoni tiegħu.  Dawn iż-żewġ figuri tal-Madonn u ta’ San Pietru li magħhom aħna għandna rabta kbira bħala raħal, huma ċentralissimi fl-istorja ta’ Ġesù.  Għalhekk iva aħna n-nies ta’ Birżebbuġa għandna rabta kbira u importanti mal-ġrajja tal-Passjoni ta’ Ġesù u għalhekk wieħed għandu jirringrazzja lil dawk li minn sena għal sena jaraw kif se jfakkru din il-ġrajja fir-raħal tagħna permezz ta’ pageants, kunċerti ta’ mużika sagra u funebri, wirjiet u funzjonijiet sbieħ.  Fadal x’isir, imma ma naqtgħux qalbna.  Il-preokkupazzjoni ta’ ħafna nies illum hija li qed nitilfu ħafna minn dawk li ħallewlna missirijietna.  Is-sekulariżmu, l-ateiżmu u l-agnostiċiżmu donnhom qed jerfgħu rashom wisq ‘il fuq.  Il-ħidma li qed issir mis-saċerdoti biex l-erwieħ ma jiġux aljenati mit-tlellix tad-dinja hija kbira.  Naħseb li qed issir ħidma kbira anke jekk ir-riżultati mhux dejjem huma tanġibbli.

Il-perjodu tal-Ġimgħa Mqaddsa joffri mument sensittiv sabiex in-nies taħseb u tirrifletti fuq għemilha.  Hija wara kollox l-ikbar festa tal-Knisja tagħna.  Il-misteru tal-Qawmien ta’ Kristu huwa ferm importanti għall-Fidi tagħna.  Il-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù huma riflessjoni tal-ħajja tagħna fuq din l-art.  Bħalma Ġesù bata u miet għalina, hekk aħna rridu naraw kif nfendu għalina f’dan il-vjaġġ li ultimament għandu jwassal għal-qawmien tagħna miegħU bħala ħaġa waħda mal-missier Alla.  Ġesù ġie fid-dinja biex isalva l-bniedem.  Alla tlaħħam bħalna, umilja ruħu u niżel fostna biex jieħu fuqu d-dnubiet tagħna.  Wara li għamel tliet snin jgħallem ried jissiġilla l-patt tas-salvazzjoni bl-akbar sagrifiċċju li seta’ jagħti, l-akbar prova tal-imħabba tiegħu lejna, jiġifieri dak li jmut għalina u jagħti xhieda tal-qawwa tiegħu bil-qawmien.  Għalkemm Ġesù widdeb u ħadha qattgħa bla ħabel mas-saċerdoti tat-tempju, l-qawmien tiegħu mill-mewt ma tistax tiġi mfissra bħala sfida lejhom.  Ġesù ma qamx mill-mewt biex jisfida lil dawk li qatluh imma għax hekk kien hemm miktub fl-profezija.  Ġesù qam mill-mewt biex jagħti tifsira lil dak kollu li kien għallem dwaru.  Ġesù qam mill-mewt biex juri lid-dinja li hu kien verament il-Messija mibgħut minn Alla u dak li għallem għandu jiġi miżmum bl-akbar għożża u prattikat mill-umanità kollha.

Nieħu din l-okkażjoni biex nirringrazzja lil dawk kollha li qed jaħdmu biex f’Birżebbuġa jkun hawn atmosfera xierqa tal-Ġimgħa Mqaddsa.  Veru li għad fadal ħafna x’isir, imma diġà hawn ħafna li bl-inizjattiva personali tagħhom diġà qed joħolqu atmosfera.  Nappella lin-nies ta’ Birżebbuġa biex jieħdu sehem, u jattendu għad-diversi avvenimenti li se jkun hawn fir-raħal tagħna.  Se jerġa’ jkun hawn diversi kunċerti, diversi wirjiet u diversi avvenimenti interessanti.  Minn hawn nixtieq nagħmel kuraġġ lil min jorganizza, filwaqt li nappella lill-poplu ta’ Birżebbuġa biex jipparteċipa, jieħu sehem u jattendi għal dawn il-manifestazzjonijiet.  Nappella wkoll lilkom li tgħixu fir-raħal tagħna ta’ Birżebbuġa biex tieħdu l-inizjattiva sabiex iddendlu s-slaleb li jixegħlu mal-galleriji fuq xi pezza vjola jew sewda fl-isfond.  B’hekk biss noħolqu dik l-atmosfera sabiħa li tikkaraterizza dan iż-żmien tas-sena.  Fl-aħħar bħala ħutkom fil-Fidi, ninkoraġġikom biex tfittxu lil Ġesù fil-qrar u fl-ewkaristija f’dawn il-jiem importanti tas-Sena.

 

Din is-Sena se jkun hawn 9 Wirjiet tal-Ġimgħa Mqaddsa f’Birżebbuġa.

Din is-Sena se jkun hawn 9 Wirjiet tal-Ġimgħa Mqaddsa f’Birżebbuġa.

Wirjiet Gimgha Mqaddsa 2017

EŻERĊIZZI f’Birżebbuġa Għas-Sena 2015

Ras ir-Randan f’Birżebbuġa 2015

Infakkru l-Mewt, il-Passjoni u l-Qawmien ta’ Kristu f’Birżebbuġa. (Editorjal 2015)

1981846_10152301195234675_6831513733079751099_n

Ftit siegħat oħra u ma’ tmiem il-Karnival nagħtu bidu għat-tifkira tal-Mewt u l-Passjoni ta’ Ġesù Kristu, veru Alla u veru bniedem.  Ġesù jirrapreżenta l-ħaruf li kellu jiġi sagrifikat biex il-poplu ta’ Alla jkun jista’ jsalva.  Dan huwa misteru kbir.  Alla li jibgħat lill-iben waħdieni tiegħu biex jiċċekken u jinżel fil-livell tal-bniedem.  Il-Kristjaneżmu huwa bbażżat appuntu fuq il-ħajja u t-tagħlim li ħallielna Ġesù.  X’tifsira għandhom it-33 sena li Ġesù kien magħna fuq din l-art?  Ħafna.  It-tagħlim li ħallielna huwa l-patt il-ġdid li għamel Alla mal-poplu tiegħu, patt miftuħ għall-bnedmin kollha tad-dinja u mhux għall-poplu Lhudi biss.

X’tifsira għandhom dawn il-festi tal-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid il-Kbir?  Hemm sens li niċċelebrawh kif niċċelebrawh aħna l-Maltin?  Hemm sens fil-purċissjonijiet u l-esebizzjonijiet li nagħmlu?  Ta’ spiss fuq il-gazzetti u blogs oħra lokali naqraw kummenti dispreġjattivi kontra dawn it-tradizzjonijiet Maltin.  Il-misteru tal-Mewt u l-Qawmien ta’ Ġesù jirrapreżenta ftit jew wisq il-ħajja tagħna fuq din l-art.  Il-mewt u t-tbatija ta’ Ġesù hija l-mewt u t-tbatija tagħna.  Il-Qawmien ta’ Ġesù hija t-tama tagħna għall-ħajja aħjar wara din id-dinja.  Iż-żmien li fih nikkommemoraw it-tbatija u l-mewt ta’ Ġesù għandha ġġiegħlna nirriflettu fuq il-mortalità tagħna.  Fl-ewwel ġurnata tar-Randan, fil-funzjoni li ssir ġewwa l-knisja, is-saċerdot jgħidilna b’mod dirett ‘trab kont u trab trid terġa’ ssir’ filwaqt li jroxx fuq rasna l-irmied tal-friegħi maħruqa taż-żebbuġ.  Bil-mewt ta’ Ġesù għandna niftakru fit-tbatijiet tagħna, fid-dnubiet tagħna, fil-limitazzjonijiet tagħna.  Żmien il-Ġimgħa Mqaddsa għandu jservi bħala żmien ta’ riflessjoni u tisfija.  Barra minn din l-esperjenza personali u profonda, żmien il-Ġimgħa Mqaddsa huwa wkoll żmien li fih infakkru passi importanti fil-Liturġija tagħna:  it-twaqqif tas-Saċerdozju u tal-Ewkaristija.  Għalhekk il-funzjonijiet fil-knisja jieħdu wkoll dimensjoni importanti daqs ir-riflessjoni u l-esperjenza personali li semmejna ftit qabel.  Il-programm liturġiku minn dan il-lat huwa rikk, huwa patrimonju tal-Knisja li jmur lura għal mijiet ta’ snin.

Mar-riflessjonijiet personali li kull individwu jagħmel matul dawn il-ġranet anke bis-saħħa ta’ diversi eżerċizzji li jiġu organizzati flimkien mal-funzjonijiet liturġiċi li jsiru ġewwa l-knisja biex bihom infakkru t-twaqqif ta’ diversi sagramenti istituwiti minn Ġesù nnifsu, wieħed ma jistax iħalli barra t-tradizzjoni popolari reliġjuża.  Din bla dubju ta’ xejn għandha post speċjali f’qalb il-Maltin.  Din hija espressjoni ta’ fidi, kultura u arti.  Din l-espressjoni tqarreb lil ħafna nies lejn il-misteru tal-Mewt u l-Qawmien ta’ Ġesù.  Għaldaqstant ħadd m’għandu jħossu privileġġat li jirridikola jew jattakka lil dawk li jħobbu dawn l-affarijiet u li permezz tagħhom iħossuhom qrib t’Alla.  Ġesù stess niżel f’din id-dinja, tlaħħam u ma baqgħax spirtu.  F’ħafna reliġjonijiet fid-dinja, il-figura ta’ Alla hija biss fil-forma ta’ spirtu.  Ir-reliġjon tagħna mhijiex hekk.  Aħna nemmnu li Alla tlaħħam bħalna u għadda mill-esperjenza umana.  Għalhekk il-figuri u l-arti li b’xi mod tirrapreżenta lil Ġesù hija leġittima u hemm lok għaliha.  Mhijiex paġaniżmu jew idolatrija.

F’Birżebbuġa, grupp imdaqqas ta’ nies  qed jerġgħu jaħdmu biex jagħtu spettaklu ta’ arti, jagħtu ċans lill-individwi biex iżuru l-wirja tagħhom u jkollhom okkażjoni li jirriflettu fuq dan il-Misteru reliġjuż.  Jidher li se jkun hemm xi wirjiet ġodda u dan jawgura tajjeb ħafna.  Il-mużika ma tonqosx u bi pjaċir ngħid li żewġ wirjiet minnhom bħas-snin l-imgħoddija se jkunu qed jinfetħu bil-mużika ta’ grupp volontarju ta’ mużiċisti bravi.  Quddiem dan kollu bilfors li wieħed irid ifaħħar dan l-entużjażmu.  Li tara grupp ta’ żgħażagħ jieħu inizjattiva biex ifakkar dan iż-żmien għażiż hija xi ħaġa ta’ min ifaħħar.  Prosit lil kulħadd.  Dawn in-nies għandhom jiġu rikonoxxuti.  Inħeġġeġ lill-Kunsill biex jagħti iktar importanza lil dawn l-attivitajiet kulturali u jgħin iktar lil dawn il-volontarji.  Wieħed jirringrazzja wkoll il-Knisja ta’ Birżebbuġa, il-Kappillan, il-viċi u l-Kleru tal-għajnuna.  Kemm hu sabiħ li wieħed jinkoraġixxi dawn l-affarijiet, speċjalment meta qed ngħixu f’dinja fejn ħafna miż-żgħażagħ qed jintilfu f’ħinijiet twal quddiem xi playstation.  Dan il-wirt irridu nieħdu ħsiebu u rridu nneħħu l-istigma li tpoġġiet fuqu dawn l-aħħar snin.  Hija ħasra meta tisma’ ċertu nies awtorevoli jitkellmu kontra dawn l-użanzi.  Dan huwa ħażin ħafna.

Nagħlaq dan il-messaġġ li nagħmel ta’ kull sena fuq dan il-Blog billi nwiegħed l-għajnuna tiegħi kollha sabiexl-attivitajiet li jsiru f’Birżebbuġa jkunu reklamati ma’ Malta u Għawdex kollu.  Birżebbuġa hija ddedikata kemm għal San Pietru u anke għad-Duluri, żewġ personaġġi li fl-istorja tal-Passjoni ta’ Ġesù għandhom rwol importanti ħafna.  Il-veru fatt li Birżebbuġa kienet iddedikata lid-Duluri għandha tagħtina spinta biex nagħmlu minn dan iż-żmien teżor kbir ta’ fidi u kultura.  Birżebbuġa għandha tħossha kburija li kienet mgħammda taħt id-Dulur ta’ Sidtna Marija.  Nirringrazzja lil dawk kollha li qed jaħdmu biex ikabbru l-Kultura ta’ dawn iż-żminijiet f’Birżebbuġa.  Kull sena qed jiżdiedu fil-kwalità u l-kwantità.  Ħadd m’għandu jaqta’ qalbu.  Bis-saħħa tal-wirjiet u l-mużika li qed norganizzaw qegħdin nagħtu gost lil ħafna nies kemm minn Birżebbuġa u kemm minn barra Birżebbuġa.

Nawguralkom żmien sabiħ ta’ riflessjoni mal-Passjoni ta’ Ġesù u ċelebrazzjonijiet ta’ kuntentizza mal-Qawmien tiegħu mill-Imwiet.

Webmaster
17/2/2015

Sena d-Dieħla 2015

Knisja-Duluri-Buga

Għal min hu dilettant, il-preparazzjonijiet jibdew mill-għada li tgħaddi l-festa għas-sena ta’ wara.  Sena d-dieħla l-ġranet qaddisa tar-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa se jkunu hekk:

13 ta’ Frar – 17 ta’ Frar 2015:  – Karnival

18 ta’ Frar 2015 – Ras ir-Randan

22 ta’ Marzu 2015 – Ħadd Lazzru

27 ta’ Marzu 2015 – Id-Duluri

29 ta’ Marzu 2015 – Ħadd il-Palm

1 t’April 2015 – L-Erbgħa tat-Tniebri

2 t’April 2015 – Ħamis ix-Xirka

3 t’April 2015 – Il-Ġimgħa l-Kbira

4 t’April 2015 – Sibt il-Għid

5 t’April 2015 – L-Għid il-Kbir

Line_Endline

 

 

L-Għid it-Tajjeb lil kulħadd (2014)

L-Irxoxt

Nixtieq minn qalbi nirringrazzja lil dawk kollha li qed jaħdmu biex Birżebbuġa ma tkunx nieqsa miċ-Ċelebrazzjonjiet tal-Għid.  L-għan tad-Dilettanti ta’ dawn il-jiem qaddisa huwa li jqarrbu kemm jista’ jkun lil Ġesù fil-qlub tan-nies.  Dawn l-użanzi mhumiex ‘paganiżmu’, kelma li sfortunatament daħlet f’ħalq ħafna nies u ħadd ma jużaha fil-kuntest it-tajjjeb.  L-użanzi li jsiru f’dan iż-żmien jgħinuna noqorbu aktar lejn dan il-misteru, ta’ bin Alla li ġie fid-dinja biex jgħix bħalna u jmut għad-dnubiet tagħna.

Nifraħ lil dawk li tellgħu l-wirjiet tagħhom, il-parroċċa li fasslet programm sħiħ ta’ ċelebrazzjonijiet, liż-żewġ għaqdiet mużikali li tellgħu kunċerti tal-mużika apposta għall-okkażjoni; lil dawk kollha li organizzaw ħarġa apposta għal dawn iż-żminijiet; lil dawk li f’Ħamis ix-Xirka ħolqu atmosfera sabiħa bix-xemgħat fuq iz-zuntier; u lil dawk li tellgħu pageant tal-Passjoni ta’ Ġesù.  Dawn kollha ħaqqhom grazzi kbira.

Kulħadd jaf kemm Birżebbuġa għadha nieqsa minn dawn l-affarijiet però b’ferħ ngħid li dawn qegħdin dejjem jiżdiedu.  Tajjeb li dan l-isforz ikun wieħed aktar kollettiv.  Fejn hemm l-għaqda hemm is-saħħa.  Il-koperazzjoni ta’ bejnietna trid tikber magħna.  Forsi għad jasal żmien fejn min jagħmel ħaġa jaħdem spalla ma’ spalla ma’ min jagħmel ħaġ’oħra.  Diġa qegħdin naraw pont bejn wirjiet statiċi u programmi mużikali.  Dan huwa żvilupp interessanti, sforz il-kreattività ta’ individwi però mhux biss – huwa sinjal ta’ koperazzjoni, ta’ id ta’ ħbiberija.  Qegħdin naraw ħbieb jgħinu lil xulxin, ħbieb li jmorru jdoqqu fil-programmi mużikali ta’ xulxin.  Il-Wirjiet ma baqgħux biss wirjiet ta’ statwi ċassi, iżda attività li tiġbor fiha ħafna elementi flimkien bħall-mużika u l-letteratura, armar ta’ bandalori u pavaljuni fuq barra.

Nixtieq li jispiċċa dak iż-żmien fejn grupp iħossu mkabbar u maqtugħ għalih, jew niffissaw fuq l-idea li l-modern jipprevali fuq il-ħoss tradizzjonali iżda sinjur tal-banda mużikali.  Ix-xewqa hija li dawn l-isforzi xi darba jimmaterjalizzaw f’prodott kollettiv.  Min jaf jekk xi darba naslux nagħmluha?  Irħula oħra diġa qegħdin jagħmlu hekk.  Imma l-ewwel irridu nkissru l-ostakli li hemm bejnietna, ostakli li wieħed jaħseb li huwa ‘l fuq mill-ieħor.  Il-ħolma hija li xi darba Birżebbuġa tingħaqad flimkien għal attività waħda u singolari.  Sakemm naslu għal dik il-maturità rridu sadanittant nibqgħu nippreservaw l-attivitajiet u l-inizjattivi personali, għax jekk ma jinżammux ħajjin dawn – żgur ma nistgħux nagħmlu pass ieħor ‘il quddiem.

Minn dan is-sit nixtieq nerġa’ nifraħ lil kulħadd għax dak li ġie organizzat hawn isfel kien tajjeb u kien ta’ livell għoli.  Il-kompitu tagħna huwa li nħarsu ‘l quddiem u nesploraw possibiltajiet oħra li fihom entitajiet diversi jistgħu jingħaqdu flimkien u joħolqu xi ħaġa.  Irridu nħarsu lejn il-koperazzjoni bejn l-għaqdiet flimkien u nimxu minn hemm.  F’Birżebbuġa jeżisti talent kbir imma kemm minn dan it-talent qiegħed jissarraf?  Kemm minn dan it-talent qiegħed jintilef?  X’inhu jiġri miż-żgħażagħ ta’ Birżebbuġa?  Mit-talenti tagħhom?  Qegħdin nitilfuhom?  Hemm aktar żgħażagħ li jistgħu jagħtu kontribut kulturali?  X’aħna nagħmlu biex nilħquhom?  Qegħdin naħdmu biżżejjed biex lil dan ir-raħal nagħtuh identità kulturali speċjalment fil-qasam tal-kultura popolari reliġjuża?  Dan ir-raħal sabiħ tagħna ġie mgħammed taħt Ommna Marija Addolorata u maż-żmien ġie kkonsagrat lil San Pietru Appostlu. Naħseb qegħdin tindunaw li ż-żewġ personaġġi huma fost l-iktar importanti għall-knisja Kattolika imma mhux biss – iż-żewġ personaġġi huma parti kbira mill-istorja tal-Passjoni ta’ Ġesù.  Dan għandu jimlina b’aktar ħeġġa biex il-ħidma lejn l-ikbar festa tal-knisja tagħna nkomplu nkabbruha fir-raħal tagħna, mhux biex nintilfu fit-tiżjin u t-tlellix, li huma wkoll importanti imma l-iktar biex dawn l-affarijiet jgħinuna nersqu u nifhmu aktar lil Alla.

Line_Endline

LEJL QADDIS: Ġesù Veru Alla … jirbaħ lill-Mewt

Line_Endline

Il-Funzjoni tal-lejla tal-Vġili tal-Għid kif tkun?

HolySaturday

Illejla il-Knisja Kattolika tfakkar il-Vġili tal-Għid il-Kbir.  Il-Liturġija tal-Vġili ta’ l-Għid hija mimlija simboli. Fil-quddiesa tal-lejla jispikkaw erba’ taqsimiet:

  1. Tberik tan-Nar,il-mixgħela tal-Blandun u Tħabbira ta’ l-Għid
  2. Liturġija tal-Kelma
  3. Liturġija tal-Magħmudija
  4. Liturġija ta’ l-Ewkaristija

Il-Magħmudija tkun element qawwi u ċentrali f’din il-funzjoni. Magħha jintrabat ukoll it-tiġdid tal-wegħdiet tal-Magħmudija li kull Nisrani kien għamel fil-Magħmudija tiegħu.  Matul il-ġurnata ma tiġi ċċelebrata l-ebda quddiesa.

“F’Sibt il-Għid il-Knisja tishar mal-qabar tal-Mulej, timmedita fuq il-passjoni u l-mewt, u l-inżul fil-limbu, u tistenna b’sawm u talb il-qawmien”

Din hi l-omm tal-vġejjel kollha għax il-knisja tistenna l-qawmien tal-Mulej, ir-rebħa u ħelsien mid-dnub:

“Dik il-lejla kienet waħda ta’ sahra għall-Mulej biex ħariġhom mill-Eġittu, għalhekk dan l-istess lejl hu lejl ta’ sahra tal-Mulej għal ulied Iżrael, minn nisel għal nisel” (Eż 12,42)

Tberik-tad-dawl-u-tan-Nar-fil-Vgili-tal-Ghid

Il-Mixgħela tal-Blandun

  • Il-blandun jitnaqqax fih forma ta’ salib li jfisser: Kristu lbieraħ, illum, bidu u tmiem.
  • Mill-ħuġġieġa b’nar ġdid jinxtegħel l-blandun ġdid.
  • Is-saċerdot jitla’ bih mgħolli ‘l fuq fid-dlam – id-dawl ta’ Kristu jirbaħ d-dlam, jbiddel il-lejl f’jum. Il-knisja tiddi bid-dawl ta’ kull xemgħa. Il-poplu mgħammed jrodd ħajr lill-Alla.

Tberik-tal-Ilma-Vgili-tal-Ghid

L-Exultet

  • Dan hu innu sabiħ u solenni li jitkanta f’dan il-Lejl qaddis.
  • Filwaqt li jħabbar din il-festa jispjega il-kobor ta’ dan il-lejl u jistieden lill-kommunita għall-ferħ li jġib miegħu l-misteru ta’ l-Għid.

Liturġija tal-Kelma

  • Jinqraw 9 qari b’kollox:

7 mill-Antik Testment:  Dawn juru mumenti importanti mill-Istorja tas-Salvazzjoni qabel il-milja taż-żminijiet, ibda mill-

  1. Ħolqien,
  2. Abraham l-wegħda,
  3. Mose u l-ħelsien,
  4. Iżaija jħabbar il-ħelsien mill-Eżilju ta’ Babilonja
  5. flimkien ma’ Baruk, jistieden lil-poplu jersaq lejn Alla
  6. (l-istess) flimkien ma’ Baruk, jistieden lil-poplu jersaq lejn Alla
  7. Eżekjel u l-wegħda ta ħelsien

Glorja

  • Is-Saċerdot jintona għall-ewwel darba dan l-Innu filwaqt li jindaqqu l-qniepen sinjal ta’ ferħ.

Liturġija tal-Kelma

Jinqraw 2 qari mill-Ġdid Testment:

  • Epistola mill-ittra lir-Rumani (L-Epistola: Rumani 6: 3-11):  Pawlu jħeġġeġ lill-kommunità tiftakar li l-magħmudija hi għażla: mewt għad-dnub u qawmien għall-ħajja. Dan kollu hu għax Kristu qam.
    • Salm Responsorjali: Salm 117
  • Evangelju: Mark (16: 1-8):  Ir-rakkont tan-nisa li marru jaraw il-qabar u jidhrilhom Kristu maż-żerniq ta’ l-Ewwel Jum tal-Ġimgħa.

Liturġija tal-Magħmudija

  • Wara Randan sħiħ ta’ preparazzjoni biex jagħmlu l-għażla li jiċħdu d-dnub u l-ħajja ta’ qabel il-Knisja tagħżel dan il-lejl tant qaddis biex il-bniedem il-qadim jegħreq fl-ilma u jqum għall-ħajja dak ġdid.
  • Il-Kommunità wkoll iġġedded il-wegħdiet li għamlet fil-Magħmudija.

Liturġija Ewkaristika

  • Din hi l-quċċata taċ-Ċelebrazzjoni – Kristu qam u għadu magħna jingħata għalina.
  • Il-Kristjan jista’ jieħu sehem mil-lum fl-Għid li ma jispiċċa qatt “Din hi l-ħajja ta’ dejjem li jagħrfu lilek, Alla waħdek veru u lill-Ġesu Kristu li inti bgħatt.” (Ġw 17,3)

Line_Endline

Fil-Ħemda Nistennew il-Qawmien tal-Mulej

NISHRU FIL-ĦEMDA
MAL-MULEJ
F’DAN IL-ĦIN
TA’ DLAM
FIL-QABAR TIEGĦU

… NISTENNEWH IQUM MILL-IMWIET

Waslet l-aħħar ġurnata tar-Randan, Sibt il-Għid.  Ilbieraħ ikkommemorajna l-mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu.  Filgħodu komplew is-7 Visti u fit-3pm bdiet il-funzjoni fil-knisja.  F’ħafna lokalitajiet kien hemm attività sħiħa marbuta mal-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira.  Bla dubju hija ġurnata mistennija minn ħafna u jkolli ngħid li hija verament ġurnata li tgħaqqad il-Maltin.  Il-Maltin b’xorti tajba għadhom jagħtu importanza lil din il-ġurnata.

Is-Sibt hija pjuttost ġurnata kalma u kwieta ħafna.  Filgħodu ma jsirx quddies, imma filgħaxija tibda l-funzjoni tal-Vġili tal-Għid.  Skont il-liturġija din tibda biss la darba tkun niżlet ix-xemx.  Hija l-ġurnata fejn il-kuntrast bejn id-dawl u d-dlam jingħata importanza kbira.  Tant hu hekk li f’din il-ġurnata jsir it-tberik tad-dawl fil-bidu tal-funzjoni.  Il-knisja tkun fid-dlam u hawnhekk jitbierek il-blandun.  Għaliex jitbierek id-dawl u n-nar?  X’għandu x’jaqsam in-nar?  Mela l-knisja tuża n-nar?  Dażgur li tużah.  Dan tagħmlu pereżempju meta titwieled tarbija ġdida u fil-magħmudija tagħha tinxtegħel xemgħa.  L-istess nar insibuh fil-blandun lijitpoġġa quddiem il-mejjet f’xi funeral.  In-nar jissimbolizza t-tama t’Alla, id-dawl fid-dlam.  Dan il-lejl Ġesù Alla se jagħti l-ikbar prova tal-qawwa tiegħu.  Sakemm dam ħaj qajjem diversi mejtin mill-imwiet imma issa se jagħtina prova ikbar għas għad li hu mejjet se jerġa jieħu l-ħajja mill-ġdid bis-saħħa mogħtija lilu minn Alla l-Missier.

Lumen Christi – id-Dawl ta’ Kristu jikser id-dlam li waqà meta miet Ġesù.  Il-Qawmien tal-Mulej se jikser id-dlam tal-Imwiet.  Il-mewt mhjiex finali – dak hu l-messaġġ.  Fir-rakkont tal-mewt u l-qawmien ta’ Kristu nsibu diversi analoġiji ma’ ħajjitna.  Ġesù huwa s-Salvatur tad-dinja u t-Tama tal-bniedem.  Alla wkoll iwiegħdna li xi darba nerġgħu nqumu miegħu bir-ruħ u bil-ġisem.

Sakemm jasal il-ħin u l-waqt li fih niċċelebraw il-Qawmien, nishru ma’ Ġesù f’dan il-ħin ta’ meditazzjoni u desolazzjoni fid-dlam tal-qabar tiegħu.

Line_Endline

Tifkiriet sbieħ Tar-Rappreżentazzjonijiet Drammatizzati kollha mtellgħin mill-dilettanti tal-Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Iċ-Ċenaklu (2004)

Kienet is-sena 2004, meta wħud mill-membri xtaqu li jagħtu dehera ġdida lill-wirja tal-Ġimgħa l-Kbira tas-Soċjeta’. Xi membri ġiethom l-idea li jibdew itellgħu dramm qasir tal-Ġimgħa Mqaddsa. Hekk sar u dan id-dramm ġie mogħti l-isem ta’ ‘Iċ-Ċenaklu’ b’direzzjoni ta’ Stephen Farrugia. F’din l-ewwel edizzjoni saret re-enactment tal-aħħar ċena. Id-dramm huwa rrakkuntat minn għajnejn Ġuda. Jiftaħ bi prologu u jispiċċa b’epilogu minn narratur li b’vuċi u b’daħka sarkastika jiġġustifika l-għaġir innoċenti ta’ Ġuda u fl-istess ħin jikkundanna l-għażla suwiċidja tiegħu. Id-dramm kien ikkumplimentat minn mużika addatata u kkaraterizzat minn mumenti ħiemda bħax-xena tal-ħasil tar-riġlejn u kontemplattivi bħax-xena tal-qsim tal-ħobż. Il-wirja ġiet inawgurata f’Ħadd il-Palm 4 t’April, u damet sal-Ġimgħa l-Kbira 9 t’April 2004

Int L-Iben t’Alla (2005)

Wara s-suċċess li kellha l-preżentazzjoni drammatizzata taċ-Ċenaklu fis-sena 2004, il-Kummissjoni Wirja Ġimgħa Mqaddsa reġgħet ippjanat biex għas-sena 2005 terġa ttellgħa preżentazzjoni drammatizzata oħra din id-darba bl-isem “Int l-Iben t’Alla?’. Il-produzzjoni reġgħet ġiet fdata f’idejn Stephen Farrugia. Din id-darba id-dramm kien ibbażat fuq diversi xeni. Fis-sena 2005, barra x-xena ta’ l-Aħħar Ċena ġiet maħduma wkoll ix-xena fil-ġnien tal-Ġetsemani, it-tradiment ta’ Ġuda, il-ġudizzju quddiem is-Sinedriju u fl-aħħar iżda mhux l-inqas iċ-ċaħda ta’ Pietru fil-bitħa tal-palazz. Dan id-dramm inkluda fih numru akbar ta’ atturi mis-soltu. L-attrazzjoni prinċipali kienet dik tas-Sinedriju, b’xenarju mill-isbaħ maħdum bl-għajnuna tas-Sur Lawrence Coleiro. Il-wirja nfetħet f’Ħadd il-Palm 20 ta’ Marzu u ntemmet fil-25 ta’ Marzu 2005.

Int Min Int? (2006)

‘Int Min Int!?’ hija l-mistoqsija li Pilatu għamel lil Ġesu meta ġabuh quddiemu. F’din is-sena id-dramm tas-Soċjeta’ kien irrakkuntat minn għajnejn Pilatu. B’differenza tal-edizzjonijiet l-imgħoddija, din is-sena dan id-dramm inkluda fih preżentazzjonijiet multiviżwali. Il-livell milħuq huwa professjonali.

Din hija t-tielet sena li s-Soċjeta’ qed torganizza din il-manifestazzjoni mfittxija minn ħafna nies. Tista’ tgħid li din hija waħda mill-akbar attivitajiet wara l-festa titulari. Din is-sena l-Kummissjoni Wirja Ġimgħa Mqaddsa reġghet iffokat l-attenzjoni tagħha fuq ir-Rappreżentazzjoni Drammatika li hija l-qofol tal-wirja kollha li jkollna fis-sede tas-Soċjeta’. Il-Wirja Ġimgħa Mqaddsa dejjem tara kif dan id-dramm ikun dejjem isbaħ u dejjem oriġinali. Din is-sena filfatt il-kummissjoni għandha fi ħsiebha li tħawwar din ir-reċta b’siltiet multiviżivi projettati fuq big-screen. M’għandniex xi ngħidu, biċċa xogħol bħal din ħadet xhur sħaħ ta’ preparazzjoni. Għalhekk din is-sena id-dilettanti bravi tal-palk tas-Soċjeta’ tagħna kellhom ħafna xogħol quddiemhom mhux biss ta’ acting imma anke ta’ filming, f’lokalitajiet differenti.

Meta din l-attivita’ saret għall-ewwel darba, id-direttur ibbaża d-dramm minn għajnejn Ġuda. Din is-sena minflok se jkun Pilatu li se jirrakontalna l-ġrajja tal-Passjoni ta’ Kristu. Dan narawh mill-ewwel fil-bidu tad-dramm meta b’ton inkwetat Pilatu jirrakkonta l-ġrajja pass wara pass. Lil Pilatu nerġgħu narawh wara fil-filmat meta s-sinedriju jieħu lil Ġesu fil-bitħa tal-palazz. Pilatu ma jsibx ħtija f’Ġesu, imma s-Sinedriju jkompli jinsisti. Jordna li jingħatha swat lil Ġesu imma s-sinedriju jibqa’ jinsisti li għandu jiġi kkundannat. Pilatu joffri l-għażla lill-poplu li jeħles priġunier u hawn jinġieb quddiem il-folla lil Barabbas, parti maħduma minn Walter Pace. Imma l-poplu wkoll jikkundanna lil Ġesu. Pilatu jordna li jdaħħlu lil Ġesu ġewwa l-palazz u hawnhekk naraw djalogu sabiħ bejn Pilatu u Ġesu. Ġesu jiġi kkundannat u Pilatu jispiċċa jagħmel djalogu mal-udejnza u jaqsiha ‘Lesti intom li bħal dan Ġesu, tissawtu u tissalbu għal elfejn darba, għall-fidwa tal-bniedem?’

Kif għidna diġa din is-sena sar ħafna xogħol ta’ filming dejjem bl-għajnuna professjonali ta’ Pinkishline Studios li offrew is-servizz tagħhom mingħajr ħlas. Il-filming huwa maqsum fi 3 episodji. L-ewwel wieħed inġibed f’lokalita’ sabiħa f’Birżebbuġa ġo wied mimli żebbuġ. Hawnhekk ġiet miġbuda x-xena tal-ġnien tal-Ġetsemani. It-tieni filming kienet biċċa xogħol kbira mhux ħażin peress li din id-darba l-filming kellu jsir barra Birżebbuġa u kien hemm bżonn ta’ ħafna atturi. Il-filming sar fil-lokalita’ tal-Birgu u ħa ġurnata sħiħa. L-aħħar film reġa’ nġibed f’wied differenti f’Birżebbuġa stess. Hawn hekk naraw lil Ġuda jinkwieta u jitħasseb fuq dak li kien għadu kif għamel. Fil-pront jilmaħ lil żewġ appostli jidjalogaw bejniethom u juru d-diżżapunt tagħhom għat-tradiment tiegħu. Ġuda mimli mistħija jistaħba u jisma’ kollox dak kollu li bdew jgħidu ħbiebu l-appostli. Malli jitilqu mill-post, Ġuda jinħakem minn sens ta’ ħtija kbira u f’ferħ ta’ ġenn jagħżel li jissuwiċidja ruħu.

Fis-sena 2005, ġie deċiż li d-dramm ikollu aktar minn xena waħda. Dik is-sena bl-għajnuna ta’ ħafna membri dilettanti rnexxielhom jaħdmu xenarju mill-isbaħ tas-Sinedriju. Din is-sena l-Kummissjoni Wirja Ġimgħa Mqaddsa flimkien mad-Direttur tad-dramm Stephen Farrugia u bosta membri bravi oħra ħadu l-inizzjattiva li għal din is-sena jaħdmu x-xenarju tal-palazz ta’ Pilatu. M’hemmx kliem biex tfaħħar il-mod li bih dan ix-xenarju ġie armat u dekorat. Barra minn hekk is-sala li fih qed issir din l-attivita’ ġiet armata kif suppost. Kif għidna qabel Pilatu se jmur lura fiż-żmien u jiftakar fid-deċiżjonijiet li kellu jieħu. Għal dan il-għan ġiet armata wkoll Via Sagra mal-ħitan. Bħas-soltu ġiet armata wkoll ix-xena ta’ l-Aħħar Ċena li fiha se jaħdmu wkoll xi atturi ġodda. Kemm ix-xenarju u kemm il-film li jintwera jikkumplimentaw ħafna lil xulxin. Biex din il-preżentazzjoni multiviżiva tkun kemm jista’ jkun realistika, kemm fil-film kif ukoll fid-dramm jieħdu sehem l-istess atturi.

Il-Messija! (2007)

Wara s-suċċess enormi fis-sena 2006, il-membri dilettanti ta’ din il-Wirja ħasbu biex ikomplu jsaħħu dak li kienu bdew, billi jkomplu bis-sistema tal-filming, dejjem grazzi għall-familja Cachia u l-kumpanija rinomata tagħhom ‘Pinkishline Studios’.  Prattikament, komplejna fejn ħallejna s-sena ta’ qabel.  hekk naraw li f’din is-sena rajna l-mixja ta’ Ġesu Krista Sidna lejn il-Gologota, il-laqgħa maċ-Ċirinew u l-Veronika.  Rajna t-Tisliba kif ukoll ix-xena tal-Pieta’, meta Marija laqgħet fi ħdanha l-ġisem mejjet ta’ Ġesu, l-iben tagħha.  Din kienet sfida kbira għal dawk li ħadu sehem, jekk wieħed jieħu in konsiderazzjoni l-ġarr ta’ apparat delikat u tqil f’lokalitajiet remoti imma mill-aktar pittoreski fir-raħal tant sabiħ tagħna ta’ Birżebbuġa, bħal ngħidu aħna Wied Dalam fejn inġibdet ix-xena kollha tal-Golgota u t-Tisliba ta’ Ġesu, parti li għal darb’oħra ġiet interpretata minn Robert Baldacchino.  Ta’ min isemmi wkoll li f’din is-sena rajna l-introduzzjoni tal-personaġġ ta’ Erodi, ix-xena meta Ġesu deher quddiem Erodi wara li -Sinedriju kien għadu kif interrogah.  Din is-sena kellna parteċipazzjoni akbar ta’ atturi li kompla jkabbar din l-akbar attivita’ fis-Soċjeta’ wara l-Festa Titulari.  F’din il-biċċa xogħol daqshekk enormi u ambizzjuża, kellu jiżdied il-vestwarju u apparat ieħor marbut ma’ din l-ikbar ġrajja fl-istorja reliġjuża tal-bniedem.  Bħas-soltu l-konkorrenza kienet waħda numeruża li minn sena għal sena tkompli tagħmel kuraġġ lid-dilettanti ta’ din l-għaqda.

L-Imnikkta (2008)

Is-sena 2008, kienet tirrapreżenta l-5 edizzjoni ta’ din l-attivita’, li bdiet b’mod sempliċi bix-xena taċ-Ċenaklu u splodiet biex saret waħda mill-aktar okkażjonijiet mistennija minn ħafna nies minn Birżebbuġa li ta’ kull sena wara li jkunu għamlu l-viżti ta’ Ħamis ix-Xirka, jinżlu fis-Sede tas-Soċjeta’ biex jassistu għal din ir-Rappreżentazzjoni Drammatizzata Multiviżiva.  Għal din il-5 edizzjoni, id-dilettanti ta’ din il-wirja ħasbu li kellhom jagħmlu xi ħaġa speċjali u l-ħsieb tagħhom malajr waqa’ fuq l-għażla ta’ Sidtna Ommna Marija.  Ir-raġuni għal din l-għażla kienet waħda awtomatika, billi f’Birżebbuġa d-devozzjoni lejn Ommna Marija Addolorata hija waħda speċjali, u dan għaliex għal żmien twil kienet hi t-Titular ewlieni ta’ dan ir-raħal qabel ma l-Isqof Mauro Caruana wera x-xewqa li l-knisja l-ġdida ta’ Birżebbuġa tkun iddedikata lil San Pietru Appostlu fil-Ktajjen.  It-titlu li ntagħżel għal din il-wirja kien l-Imnikkta, ovjament ir-referenza hija ċara u indikattiva ħafna, li tipponta lejn Marija Santissima.  Dan id-dramm rajnih minn għajnejn il-Madonna u li fih kien hemm involuta wkoll il-Madalena.  Għal dan id-dramm inġibdu xeni spettakolari tal-Aħħar Ċena, tas-Sinedriju u taċ-Ċaħda ta’ Pietru f’Manoel Island, dejjem grazzi għall-familja Cachia u d-ditta ‘Pinkishline Studios’ li dejjem offrew is-servizz tagħhom b’mod volontarju u b’mod Professjonali għall-aħħar.  Tajjeb li ngħidu li bl-ammont ta’ kostumi sbieħ ta’ suldati Rumani li ntużaw u standardi leġjonari Rumani, il-kumitat direttiv ħaseb biex jesponi dawn il-kostumi u l-atturi rispettivi barra l-każin bejn rappreżentazzjoni u oħra.

Kuntrast (2009)

Is-sena 2009, rat dramm b’titlu interessanti, titlu li mhux is-soltu narawh applikat lil drammi ta’ din ix-xorta.  It-titlu li ntagħżel għal dan id-dramm kien “Kuntrast” u bħala sotto titlu Qatt qabbilt lilek innifsek ma’ xi ħadd?  Din is-sena sar kollox b’mod differenti.  It-tema magħżula kienet waħda moderna, minn dawk it-tip ta’ scripts li jfakkruk f’letteratura moderna soċjo-psikoloġika u anke l-palk li ntrama, għad li l-kostumi u l-vestwajru baqa’ dak tradizzjonali, il-palk din id-darba kien wieħed modern u sempliċi għall-aħħar.  L-istorja ta’ din is-sena kellha tiżvolġi bejn żewġ persuni differenti, li jikkuntrastaw appuntu!  Iż-żewġ persuni nvoluti, kienu Ġesu u Ġuda, li għexu fl-istess żmien, mifrudin biss min-natura speċjali tagħhom: waħda divina u l-oħra umana, waħda qaddisa u l-oħra dagħjfa.  Li tgħid li l-ħajja ta’ Ġuda u Ġuda nnifsu huma dagħjfin hija tajba imma mhux preċiża.  Pietru wkoll kellu natura dagħjfa imma għaraf jitlob maħfra, mentri Ġuda mgħobbi b’toqol tant kbir, waqa’ f’dalma li ma setgħax jagħraf joħroġ minnha.  Ġuda nesa jew forsi qatt ma ta każ dak li Ġesu kien ilu jippriedka quddiemu, li Alla huwa Mħabba u huwa wkoll Maħfra.  Minkejja dan kollu, d-distinzjoni prinċipali f’dan id-dramm saret biss bejn il-personaġġi ta’ Ġesu u Ġuda.  F’dan id-dramm assistejna għal mumenti saljenti mill-ħajja ta’ Ġesu, bħal ngħidu aħna l-mistoqsijiet li sarulu fuq il-midinba.   Il-mixja lejn it-tmiem ta’ dan id-dramm teħodna lejn il-mewt taż-żewġ atturi prinċipali, Ġesu u Ġuda, wieħed fuq is-salib fuq naħa tal-Palk u l-ieħor mgħallaq mas-siġra fuq in-naħa l-oħra tal-Palk, xena li verament ħolqot kuntrast.  Id-differenza kollha hija, kif wara kollox nafu anke mill-kitba eċċezzjonali ta’ dan l-iscript li fin-natura qaddisa tiegħu Ġesu jirxoxta, għax hekk kien miktub u għax il-mewt tiegħu kellha tifdi l-bnedmin kollha mentri l-mewt ta’ Ġuda kienet mewt ta’ bniedem rassenjat, tqil bil-ħafna ħsibijiet koroh li bdew jifnuh.  Madankollu wieħed irid jifhem ukoll li Ġuda kien strumentali biex il-passjoni ta’ Ġesu Krista Sidna jkollha l-bidu tagħha.  Għal darb’oħra erġajna assistejna għall-interpretazzjoni ta’ diversi atturi bravi.  Ta’ min jgħid li l-parti prinċipali ta’ Ġesu ta’ din is-sena nħadmet b’tant preċiżjoni u reqqa minn Neville Farrugia Cann.

L-Aħħar Ikla (2010)

Is-sena 2010, kellha tkun sena speċjali ħafna għas-Soċjeta’ tagħna, għaliex fiha ġie ċċelebrat l-20 anniversarju mit-twaqqif tal-Banda u tas-Soċjeta’.  Ta’ min jgħid li l-Kumitat Eżekuttiv kellu l-ħsieb li biex jikkommemora dan l-anniversarju, il-Banda tagħmel it-tieni mawra tagħha fil-qalba tal-iktar post li għandu kult b’rabta ma’ San Pietru, jiġifieri ‘Ruma’.  Il-mawra kellha sseħħ ftit jiem ‘il bogħod mill-Ġimgħa Mqaddsa, anzi biex inkunu aktar preċiżi, din kellha ssir l-għada tal-Għid il-Kbir, f’dik li Ruma jsejħulha Pasquetta.  Dan ovjament iddetermina mhux ftit il-ħidma tad-dramm li kien hemm pjanat għal din is-sena.  Minkejja kollox id-dramm sar u sar kif kellu jsir b’serjeta’ u b’kreattivita’ liema bħalha.  Din id-darba filfatt bħal qisu erġajna morna lura għall-għeruq tal-bidu, meta d-dramm sar għall-ewwel darba.  Hekk naraw li din id-darba reġgħet saret l-Aħħar Ċena, b’mod kreattiv ħafna li fiha ġie nvolut anke l-pubbliku.  Hawnhekk erġajna rajna l-parteċipazzjoni tal-Madonna u diversi atturi oħra bravi ta’ din is-Soċjeta’.

Emmint?! (2011)

Is-sena 2011, bid-differenza tas-snin ta’ qabel se naraw dramm li se jeħodna lura għal dawk l-avvenimenti li seħħew sewwasew wara l-Qawmien ta’ Kristu.  Hawnhekk jispikka l-element misterjuż tal-qawmien ta’ Ġesu, fatt li mhux kulħadd seta’ jemmen, kważi kważi lanqas l-appostli stess.  Kemm kienet qawwija il-Fidi tagħhom?  Kemm ftakru, xtarrew u ħasbu f’dak li Ġesu kien qalilhom fit-tliet snin li qattgħu miegħu?  Kienu fehmu li Ġesu stess kellu jqum mill-imwiet wara tliet ijiem?  Kienu fehmuh li l-qawwa tiegħu t’Alla kienet tissupera d-dlam u s-skiet li ġġib magħha l-mewt?  Setgħu jifhmu li Ġesu kien Alla u la kien Alla, allura la kellu bidu u lanqas tmiem?  L-Appostli intagħżlu għax Ġesu ried li jkollu xhieda, xhieda ta’ miraklu u t-tagħlim li kellu jxerred imma fuq kollox xhieda tal-mewt u l-qawmien tiegħu.  Ġesu deher lill-appostli bosta drabi qabel it-tlugħ tiegħu fis-sema, u l-appostli setgħu biss jegħlbu l-biża’ tagħhom meta l-Ispirtu s-Santu niżel fuqhom fil-forma ta’ lsien tan-nar.  Qabel din il-ġurnata kif konna qed ngħidu, l-appostli kienu kollha beżgħana u dubjużi, b’Tumas l-ewwel fuq kulħadd.  Ġesu bħal kieku jistaqsina Imma int emmint?  Intom temmnu?  Temmnu avolja ma tarawx?  Henjin dawk li jemmnu u ma jarawx.  Dan id-dramm ġie muri għall-ewwel darba nhar Ħadd il-Palm 17 t’April 2011 filgħodu fis-Sede tas-Soċjeta’ Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa AD. 1990, il-Ġawhra San Pietru.

Line_Endline

IS-SULTAN – Wirja tal-Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Wirja ‘Passio Coelorum Rex’ Ta’ Ludwig Desira, Triq San Tumas, Birżebbuġa

Line_Endline

Wirja ta’ Chris Camilleri (Il-Kaċċlu), Pjazza Indipendenza, Birżebbuġa

Line_Endline

Wirja ta’ Joe Abdilla (It-Tè), Triq San Ġwann, Birżebbuġa

Wirja ‘Ecce Homo’ Jurgen Camilleri, Triq San Mikiel, Birżebbuġa

Line_Endline

Wirja ‘Dan Hu Ibni l-Għażiż’ Joseph Mercieca Qajjenza

Line_Endline

Is-7 Visti (Ħamis ix-Xirka 2014)

(Nota tal-website: Dawn il-visti jsiru fil-knejjes izda hsibna li ngibuhom biex iservu ta’ ghajnuna ghal dawk li ma jistghux jaghmluhom jew ghal dawk li fid-dar iridu jaghmlu ftit meditazzjoni u talb)

L-Adorazzjoni Ewkaristika ta’ Hamis ix-Xirka tista ssir billi wiehed izur il-knejjes fejn ikun hemm l-Artal tar-Repozizzjoni u jimmedita fuq il-kobor ta l-imhabba li Kristu wriena fl-Ewkaristija u wara li jrodd is-salib jghid dan it-talb ghal kull vista li jaghmel.

Ghal kull zjara, trid tidhol fil-knisja, tmur quddiem l-artal tar-repozizzjoni, toqghod gharkubtejk, trodd is-salib u tadura bil-qima lil Gesu’ Ewkaristija u tghid it-talba:

“ O Mejda Mqaddsa li fiha Kristu jittiehed bhala ikel, issir it-tifkira tal-Passjoni Tieghu u ruh tintela b’kull grazzja u jinghata r-rahan tal-hajja ta’ dejjem”.

L-Attijiet iz-Zghar:

Mulejja, nemmen fik, kollok verita,
Mulejja, nitma’ fik, kollok hniena
Mulejja, inhobbok fuq kollox, kollok imhabba
Mulejja, nindem ghax offendejtek, kollok tjieba
Mulejja, inqaddes ruhi bis-sagramenti tieghek, kollok qdusija.

Nadurawk O Gesu’ u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt tieghek inti fdejtna.

L-EWWEL VISTA
Il-Ħaruf ta’ l-Għid

Qari: mill-Ktieb ta l-Esodu (12, 3-7)
Il-Mulej qal lil Mose’: “Kellem lill-gemgha kollha ta’ Israel u ghidilhom: Fl-ghaxra ta’ dan ix-xahar kull wiehed minnkom jiehu haruf kull familja, wiehed kull dar … Intom izzommuh sa l-erbatax ta’ dan ix-xahar, meta l-gemgha kollha ta’ Israel toqtlu bejn inzul ix-xemx u d-dlam. Imbaghad jiehdu mid-demm tieghu u jroxxuh fuq il-gnub u l-blata tal-bibien fejn ikunu se jiekluh.”

Riflessjoni:
Dan il-haruf kien xbiha ta’ Kristu, li gie ssagrifikat fuq is-salib, carcar demmu ghalina bhala prezz tal-fidwa taghn, u mbaghad fl-Ewkaristija tana gismu u demmu bhala ikel u xorb spiritwali taghna. Ghalhekk San Pietru kiteb (I Pt 1,19) li gejna mifdijin “bid-demm ghaziz ta’ Kristu, li kien bhal haruf ta’ ghajb u bla tebgha.”

Talba:
Mulej Gesu’, haruf bla tebgha, vittma ghal dnubietna, li fdejtna bis-sagrificcju tal-kalvarju, u fl-Ewkaristija ridt li tibqa’ ggedded dan is-sagrificcju u tkun l-ghixien spiritwali taghna, ahna nroddulek hajr ta’ mhabbtek ghalina u nitolbuk tnaddafna minn dnubietna u zzomna dejjem qrib tieghek. Amen.

Missierna, Sliema u Glorja ghal hames darbiet, talba ghall-fehma tal-Papa, u Kredu.
Nadurawk O Gesu’ u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt tieghek inti fdejtna.

IT-TIENI VISTA
Il-Manna xbieha ta’ l-Ewkaristija

Qari: mill-Ktieb ta l-Esodu (16, 15)

“Malli wlied Israel raw dan, bdew jghidu wiehed lill-iehor: “Min hu?” – ghax ma gharfux x’inhu. Mose’ qalilhom “Dan hu l-ikel li l-Mulej takom biex tixbghu.”

Riflessjoni:
Il-poplu tal-Ligi l-Qadima, li kien miexi fid-dezert fi triqtu lejn l-Art Imwieghda, kien jehtieg il-manna “ikel gej mis-sema” biex jaqta’ l-guh tieghu u jibqa’ f’sahhtu. Ahna wkoll nehtiegu l-ikel li gej mis-sema, biex nibqghu b’sahhitna spiritwalment u nifilhu nkomplu mexjin fil-pellegrinagg lejn is-sema pajjizna.

Talba:
Mulej Gesu’, hobz ta’ l-angli u manna tas-sema, ghallimna int kif ghandna nersqu nircevuk fit-Tqarbin Imqaddes, biex ruhna tissahhah blikel spiritwali li inti tajtna. Amen.

Missierna, Sliema u Glorja ghal hames darbiet, talba ghall-fehma tal-Papa, u Kredu.
Nadurawk O Gesu’ u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt tieghek inti fdejtna.

IT-TIELET VISTA
Il-Weghda ta’ l-Ewkaristija

Qari: mill-Evangelju ta’ San Gwann (6, 51)
“Gesu’ wegibhom: “Jien hu l-hobz haj li nizel mis-sema. Jekk xi hadd jiekol minn dan il-hobz jghix ghal dejjem. U l-hobz li jiena naghti huwa gismi ghall-hajja tad-dinja.”

Riflessjoni:
Ghad li l-Lhud ma fehmuhx u tlewwmu bejniethom, izda Kristu b’dawn il-kliem weighed li ser jaghti gismu bhala Ikel u Demmu, biex il-bnedmin ikollhom il-hajja ta’ dejjem bhala xorb. Din il-weghda Gesu’ wettaqha fl-ahhar ikla tieghu meta waqqaf l-Ewkaristija.

Talba:
Mulej Gesu’, li ghall-hajja tad-dinja, ridt taghtina dan ir-rigal hekk kbir tat-Tqarbin, sahhah fina l-fidi u t-tama taghna biex nittamaw dejjem fil-weghdiet tieghek, halli din it-tama shiha tkun bhal dawl li jmexxina tul hajitna kollha. Amen.

Missierna, Sliema u Glorja ghal hames darbiet, talba ghall-fehma tal-Papa, u Kredu.
Nadurawk O Gesu’ u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt tieghek inti fdejtna.

IR-RABA’ VISTA
It-Twaqqif ta’ l-Ewkaristija

Qari: mill-Evangelju ta’ San Mattew (26, 26-28)
“ Huma u jieklu, Gesu’ ha l-hobz f’idejh, qal il-barka, qasmu, newwlu lid-dixxipli u qal: “Hudu, kulu, dan hu gismi.” Imbaghad ha l-kalci u qal: “ixorbu lkoll minnu, ghax dan huwa demmi, id-demm tal-Patt, li jixxerred ghall-kotra ghall-mahfra tad-dnubiet.”

Riflessjoni:
Proprju meta l-ghedewwa tieghu kienu qeghdin ihejju sabiex jaqbduh u jaghtuh il-mewt, Kristu, awl il-lejl qabel ma miet ried jaghtina prova kbira u cara ta’ mhabbtu lejna billi hallielna l-Ewkaristija.

Talba:
Ahfrilna, O Gesu’, dnubietna u l-ingratitudni taghna lejk, aghmel li naghrfu ahjar imhabbtek u nikkorrispondu ghaliha. Amen.

Missierna, Sliema u Glorja ghal hames darbiet, talba ghall-fehma tal-Papa, u Kredu.
Nadurawk O Gesu’ u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt tieghek inti fdejtna.

IL-HAMES VISTA 
It-Thejjija ghat-Tqarbin

Qari: mill-Ewwel Ittra ta’ San Pawl lil Korintin (11, 28-29)
“Ha jaghrbel il-bniedem lilu nnifsu, imbaghad jiekol il-hoba u jixrob il-kalci. Min jiekol u jixrob bla ma jaghzel minn ikel iehor il-Gisem tal-Mulej, ikun jiekol u jixrob il-kundanna tieghu stess.

Riflessjoni:
Hija xewqa ta’ Kristu li nersqu nitqarbnu ta’ spiss, izda biex nitqarbnu kif jixraq, jehtieg li ruhna tkun hielsa mid-dnubiet mejta, , u li nilqghu lil Gesu’, bil-fidi u l-imhsbbs lejh.

Talba:
Kebbsilna qalbna bl-imhabba tieghek Mulej, biex inzommu ‘l boghod mid-dnub u nikbru dejjem izjed fil-qdusija. Amen.

Missierna, Sliema u Glorja ghal hames darbiet, talba ghall-fehma tal-Papa, u Kredu.
Nadurawk O Gesu’ u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt tieghek inti fdejtna.

 

IS-SITT VISTA
L-Ghaqda Taghna Ma’ Kristu 

Qari: mill-Evangelju ta’ San Gwann (15, 4-5)
“Ibqghu fija u jiena nibqa’ fikom. Kif il-fergha ma tistax taghmel taghmel frott minnha nfisha jekk ma tibqax fid-dielja, hekk anqas intom jekk ma tibqghux fija. Jiena d-dielja, intom il-frieghi. Min jibqa’ fija u jiena fih, dan jaghmel hafna frott; ghax minghajri ma tistghu taghmlu xejn. ”

Riflessjoni:
It-tixbih tad-dielja u l-frieghi taghha turina l-htiega li nkunu maghqudin ma’ Kristu, ghax kif il-frieghi jiehdu l-ghixien taghhom mid-dielja, u jmutu jekk jitqacctu miknnha, hekk ukoll ahna, inkunu mejtin spiritwalment jekk ninfirdu minn Kristu. Nghozzu mela l-ghaqda taghna ma’ Kristu, permezz tal-fidi fih u tal-grazzja tieghu.

Talba:
O Gesu’, li ridt tibqa’ maghna fl-Ewkaristija, ahna nadurawk u nitolbuk li zzomna dejjem maghqudin mieghek biex qalbna ssir tixbah lil tieghek. Amen.

Missierna, Sliema u Glorja ghal hames darbiet, talba ghall-fehma tal-Papa, u Kredu.
Nadurawk O Gesu’ u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt tieghek inti fdejtna.

IS-SEBA’ VISTA
L-Ghaqda Taghna l-Bnedmin permezz ta’ l-Ewkaristija

Qari: mill-Ewwel Ittra ta’ San Pawl lil Korintin (I Kor 10, 16-17)
Il-kalci mbierek li fuqu nghidu l-barka, m’huwiex ghaqda mad-demm ta’ Krisru? U l-hobz li naqsmu m’huwiex ghaqda mal-gisem ta’ Kristu? Ghax la l-honza hi wahda, ahna, li ahna hafna, ahna gisem wiehed; ilkoll kemm ahna niehdu sehem minn hobza wahda.”

Riflessjoni:
L-Ghaqda ma’ Kristu ghandha twassal ukoll ghall-ghaqda taghna flimkien biex nistghu nkunu “qalb wahda u ruh wahda”. Din l-ghaqda tista ssehh biss fejn hemm il-karita’ jew l-imhabba fraternal. U din hi sinjal li ahna veri dixxipli ta’ Kristu.

Talba:
“Mulej Gesu’ Kristu, zommna ‘l boghod minn kull xorta ta’ tilwim, u fawwrilna qalbna bl-imhabba tieghek, biex nirrispettaw u nghinu ‘l-hutna ghall-imhabba tieghek u nahdmu dejjem ghall-
ghaqda li Inti tixtieq fostna. Amen.

Missierna, Sliema u Glorja ghal hames darbiet, talba ghall-fehma tal-Papa, u Kredu.
Nadurawk O Gesu’ u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt tieghek inti fdejtna.

Fi tmiem is-seba’ visti jixraq li ssir it-tqarbina tax-xewqa.

Tqarbina tax-Xewqa

O Gesu’, jiena nemmen li inti tinsab f’dan is-Sagrament ta l-Imhabba.
O Gesu, jiena nhobbok, u ghax inhobbok jiddispjacini li offendejtek. Nixtieq nircevik gewwa fija, ma nistax nircevik fit-tqarbin, nircevik spiritwalment b’din it-tqarbina tax-Xewqa. (waqfa qasira fis-skiet)

Gesu’, ejja ghandi, irrid inhobbok issa, irrid inhobbok dejjem izjed, la tippermetti qatt li ninfired minnek.

Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu.
Kif kien mill-bidu issa u dejjem u jibqa’ ghal dejjem ta’ dejjem.
Amen.

Jinghadu wkoll l-invokazzjonijiet:

Ikun imbierek Alla,
Imbierek l-Isem Imqaddes Tieghu,
Imbierek Gesu’ Kristu veru Alla u veru Bniedem,
Imbierek l-Isem ta’ Gesu’,
Imbierka l-Qalb Imqaddsa Tieghu,
Imbierek id-Demm ghaziz Tieghu,
Imbierek Gesu fis-Santissimu Sagrament ta’ l-Artal,
Imbierek l-Ispirtu s-Santu Paraklitu,
Imbierka l-kbira Omm t’Alla Marija Santissima,
Imbierek l-Imqaddsa Immakulta Koncezzjoni taghha,
Imbierek it-tlugh glorjuz taghha fis-sema,
Imbierek l-isem ta’ Marija Vergni u Omm,
Imbierek San Guzepp gharus kastissimu taghha,
Imbierek Alla fl-Angli u l-Qaddisin kollha Tieghu.

It-Tifsira ta’ Ħamis ix-Xirka (2014)

Hamis ix-Xirka jfakkar fl-Istituzzjoni ta’ l-Ewkaristija Mqaddsa, l-isbah tifkira li seta’ jhallilna Kristu meta hallielna lilu nnifsu. Din il-gurnata kienet ghaziza hafna specjalment mis-seklu IV ‘l hawn meta fis-Sinodu ta’ Laodicea (can 50) gie mnehhi s-sawm. Fil-funzjonijiet insibu ghaqda poetika ta’ ferh kbir u dulur immens. Ferh ghall-istituzzjoni tal-Misteru Ewkaristiku u dulur ghall-Passjoni Divina li ser tibda dalwaqt.

Fl-ewwel zminijiet tal-Knisja, bhal-lum kienu jitqaddsu tliet Quddisiet. L-ewwel wahda ghall-midinbin, it-tieni ghall-konsagrazzjoni taz-zjut u l-ohra ghat-Tqarbin tal-Ghid. Meta giet imnehhija l-penitenza pubblika, thalliet barra l-ewwel quddiesa u l-konsagrazzjoni ta-zjut giet imhollija ghat-tielet Quddiesa, l-unika wahda li hemm fir-rit attwali.

Il-kulur tal-paramenti tal-Quddiesa huwa abjad ghaliex il-lum mhux biss sejra ssir it-tifkira, izda sejjer jigi maghmul dak stess li ghamel Kristu.

Sal-Gloria, l-quddiesa hija kollha ta’ ferh. Jindaqq l-orgni u fil-Gloria anke l-qniepen. Izda wara, dawn jisktu u jibqghu siekta sal-quddiesa vigilari tal-Ghid biex ihabbrulna li Kristu rxoxta. Flok il-qniepen tindaqq ic-cuqlajta, imsejha mill-Griegi: “agia zula” (agia zula), jigifieri l-injam imqaddes.

IL-QUDDIESA

Is-Salm Judica me Deus ma’ jinaghdx illum u c-celebrant jibda mill-Confiteor. Jitla’ l-artal, ibusu, jincensah u jaqra l-Introito u l-Kyrie. Wara l-Kyrie jintona solennement il-Gloria. L-introito jkanta l-glorji tas-Salib, li huwa s-salvazzjoni taghna, il-hajja u l-qawma taghna; is-Sagrificcju Edkaristiku mhuwiex haga ohra hlief is-sagrificcju tas-Salib.

L-Evangelju jfakkarna fit-tliet lezzjonijiet li Gesu’ ta lill-Appostli meta haslilhom saqajhom: lezzjoni ta’ umilta’, lezzjoni ta’ purita’, u lezzjoni ta’ karita’, jew imhabba, s-sinjal ta’ dawk kollha li jaghmlu parti mill-Knisja Mqaddsa.

IL-HASIL TAR-RIGLEJN

Wara l-Evangelju ssir ic-cerimonja tal-hasil tar-riglejn u f’dan l-intervall jitkantaw tmien antifoni jew anqas. Fihom tigi kantata l-virtu’ ta’ l-Imhabba. Fl-Antifona 6 nsibu: “Minn dan jaghrafkom kulhadd li intom dixxipli tieghi, jekk ghandkom l-imhabba lejn xulxin.” U fis-7 wahda: “Jibqghu fikom dawn it-tlieta: twemmin, tama u mhabba; imma l-akbar fosthom hija l-imhabba.” Izda fl-Antifona 8 naraw li permezz ta’ l-imhabba biss nistghu ninghaqdu ma’ Kristu: “Fejn hemm il-karita’ u l-Imhabba, hemm ikun Alla.. u b’qalb safja nhobbu wiehed lill-iehor.. u f’nofsna (permezz ta’ l-Imhabba) jibqa’ Kristu Alla.”

IL-PURCISSJONI

Wara il-hasil tar-riglejn, titkompla l-quddiesa bhas-soltu u fl-ahhar jinghad, Benedicamus Domino u l-Placeat, imma fil-quddiesa solenni tithalla barra l-barka u l-ahhar Evangelju. Ic-celebrant inehhi l-pjaneta u l-manipolu u jilbes kappa bajda ghat-trasport solenni tal-Pissidi bl-Ostji konsagrati li jkunu baqghu mit-tqarbina, sabiex jintrefghu ghat-tqarbina ghall-ghada fil-ghaxija.

Din il-pissidi tigi merfugha fil-kapsola ta’ artal imzejjen apposta bid-damask ahmar li proprjament huwa msejjah Sepulkru. Nixtieq nerga’ nfakkar li din ic-cerimonja tfakkar l-istituzzjoni ta’ l-Ewkaristija u mhux id-difna ta’ Gesu’ li sa hawn ghadu lanqas biss huwa mejjet. Sepulkru tfisser “qabar” – dan mhux qabar, imma l-Artal tal-ahhar Cena fejn titpogga l-Ewkaristija ghall-qima tal-insara.

Sorsi:  Hamis ix-Xirka Minn Alfred Grech (http://www.goodfridaymalta.com/artikluhamisixxirka.htm)

Ħamis ix-Xirka 2014

Illum f’Ħamis ix-Xirka, l-festi tal-Ġimgħa Mqaddsa jidħlu kważi kważi fil-quċċata tagħhom.  Filgħodu fil-Katidral ta’ San Ġwann issir il-quddiesa tat-tberik taż-żejt.  Filgħaxija f’kull belt u raħal tiġi ċċelebrata il-quddiesa u ċ-ċerimonja tal-ħasil tar-riġlejn.  Imma ħa nibdew billi l-ewwel nagħtu titwila lejn il-quddiesa li tiġi ċċelebrata.

Is-Salm Judica me Deus ma’ jingħadx illum u ċ-ċelebrant jibda mill-Confitebor.  Jitla’ l-artal, ibusu, jinċensah u jaqra l-Introjtu u l-Kyrie.  Wara l-Kyrie jintona solennement il-Gloria.  L-introjtu jkanta l-glorji tas-Salib, li huwa s-salvazzjoni tagħna, il-ħajja u l-qawmien tagħna; is-Sagrifiċċju Ewkaristiku mhuwiex ħaġa oħra ħlief is-sagrifiċċju tas-Salib.

L-Evanġelju jfakkarna fit-tliet lezzjonijiet li Ġesu’ ta lill-Appostli meta ħaslilhom saqajhom: lezzjoni ta’ umilta’, lezzjoni ta’ purita’, u lezzjoni ta’ karita’, jew imħabba, s-sinjal ta’ dawk kollha li jagħmlu parti mill-Knisja Mqaddsa.

Wara l-Evanġelu ssir iċ-ċerimonja tal-ħasil tar-riġlejn u f’dan l-intervall jitkantaw tmien antifoni jew inqas.  Fihom tiġi kantata l-virtu’ ta’ l-Imħabba.  Fl-Antifona 6 nsibu: “Minn dan jagħrafkom kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jekk għandkom l-imħabba lejn xulxin.” U fis-7 waħda: “Jibqgħu fikom dawn it-tlieta: twemmin, tama u mħabba; imma l-akbar fosthom hija l-imħabba.”  Iżda fl-Antifona 8 naraw li permezz ta’ l-imħabba biss nistgħu ningħaqdu ma’ Kristu: “Fejn hemm il-karita’ u l-Imħabba, hemm ikun Alla … u b’qalb safja nħobbu wieħed lill-ieħor … u f’nofsna (permezz ta’ l-Imħabba) jibqa’ Kristu Alla.”

Wara l-ħasil tar-riġlejn, titkompla l-quddiesa bħas-soltu u fl-aħħar jingħad, Benedicamus Domino u l-Placeat, imma fil-quddiesa solenni titħalla barra l-barka u l-aħħar Evangelju.  Iċ-ċelebrant ineħħi l-pjaneta u l-manipolu u jilbes kappa bajda għat-trasport solenni tal-Pissidi bl-Ostji konsagrati li jkunu baqgħu mit-tqarbina, sabiex jintrefgħu għat-tqarbina għall-għada filgħaxija.

Dan il-pissidi jiħi merfugħ fil-kapsola ta’ artal imżejjen apposta bid-damask aħmar li improprjament huwa msejjaħ ‘Sepulkru’. Nixtieq nerġa’ nfakkar li din iċ-ċerimonja tfakkar l-istituzzjoni ta’ l-Ewkaristija u mhux id-difna ta’ Ġesu’ li sa hawn għadu lanqas biss huwa mejjet.  Sepulkru tfisser “qabar” – dan mhux qabar, imma l-Artal tal-aħħar Ċena fejn titpoġġa l-Ewkaristija għall-qima tal-insara.

Wara li jaduraw għal ftit ħin, il-ministri jmorru fis-sagristija, ineħħu l-ilbies abjad, jilbsu stola vjola u jmorru jneżżgħu l-artali filwaqt li l-kor ikanta s-Salm 21, li huwa kollu profeziji li ġew imseħħa fil-Passjoni Mqaddsa ta’ Kristu.

Illejla din il-quddiesa konċelebrata fil-parroċċa ta’ Birżebbuġa tibda fis-6:30pm (Konċ B/204-210).

Wara, għall-ħabta tat-8pm jkun hemm Viżti għal kulħadd.  Fid-9pm jkun hemm viżti għaż-żgħażagħ u fl-10pm jerġa’ jkun hemm viżti għal kulħadd.

Fil-11pm jkun hemm adorazzjoni.

Referenzi:

Galea, A. (n.d). Ħamis ix-Xirka. Retrieved from http://www.aboutmalta.com/grazio/hamisixxirka.html on the 21st April 2011.

Adorazzjoni Ħamis ix-Xirka Bormla (5 t’April 2012)

Line_Endline

Ħamis ix-Xirka Naxxar 2011

Line_Endline

Ħamis ix-Xirka Naxxar 2010

Line_Endline

Konċelebrazzjoni tal-Ħasil tar-Riġlejn, Bormla (5 t’April 2012)

Dan huwa recording li sar tal-Konċelebrazzjoni tal-Ħasil tar-Riġlejn fil-parroċċa ta’ Bormla fil-5 t’April 2012.

Line_Endline

Riflessjoni għal Ħamis ix-Xirka 2014

Riflessjoni fuq l-Evanġelju ta’ San Ġwann (13: 1-15) minn Dun Pawl Camilleri.
Video iffilmjat u editjat minn George Palmier.
Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel – Parrocca Iklin Malta.

Qabel il-festa tal-Għid, billi kien jaf Ġesù li waslet is-siegħa tiegħu biex jgħaddi minn din id-dinja għal għand il-Missier, hu, li kien ħabb lil tiegħu li kienu fid-dinja, ħabbhom għall-aħħar. Kienu qegħdin għall-ikel. Ix-Xitan kien ġa webbel lil Ġuda ta’ Xmun l-Iskarjota u daħħallu f’rasu li jittradih. Ġesù kien jaf li l-Missier tah kollox f’idejh, u li hu kien ġie mingħand Alla u kien sejjer għand Alla. Qam minn fuq il-mejda, neħħa l-mantar minn fuqu, ħa fardal u rabtu ma’ qaddu. Imbagħad ferra’ l-ilma fil-lenbija, u beda jaħsel saqajn id-dixxipli u jixxuttahomlhom bil-fardal li kellu ma’ qaddu.

Mela wasal fuq Xmun Pietru, u dan qallu: «Int, Mulej, taħsilli saqajja?» Ġesù wieġbu: «Int għalissa ma tafx x’qiegħed nagħmel jien; tifhmu aktar ‘il quddiem.» Qallu Pietru: «Ma jkun qatt li inti taħsilli saqajja!» Wieġbu Ġesù: «Jekk ma naħsillekx saqajk, ma jkollokx x’taqsam miegħi.» Qallu Xmun Pietru: «Mulej, mhux saqajja biss, imma idejja u rasi wkoll.» Qallu Ġesù: «Min hu maħsul, ma għandux għalfejn jinħasel kollu, ħlief saqajh, għax hu kollu kemm hu nadif, u intom indaf, imma mhux ilkoll.» Għax hu kien jaf min kien sejjer jittradih; għalhekk qal, «M’intomx ilkoll indaf.»

Wara li ħaslilhom saqajhom, libes il-mantar u raġa’ qagħad fuq il-mejda; u qalilhom: «Tafu x’għamiltilkom? Intom issejħuli l-Imgħallem u l-Mulej, u tgħidu sewwa, għax hekk jien. Mela jekk jien, li jien il-Mulej u l-Imgħallem ħsiltilkom saqajkom, hekk intom għandkom taħslu saqajn xulxin. Għax jien tajtkom eżempju, biex kif għamilt jien magħkom, hekk tagħmlu intom ukoll.

Line_Endline

Ħamis ix-Xirka: Twaqqif tas-Saċerdozju u l-Ewkaristija

Illum il-Knisja tikkommemora l-Aħħar Ċena:  it-twaqqif tas-sagrament tas-Saċerdozju u tal-Ewkaristija.

Line_Endline

L-Erbgħa tat-Tniebri (Spy Wednesday)

From Wikipedia, the free encyclopedia

In Christianity, Holy Wednesday, also called Spy Wednesday,[1][2] and in the Eastern and Oriental Orthodox Churches, Holy and Great Wednesday) is the Wednesday of the Holy Week, the week before Easter. It is followed by Maundy Thursday.

Contents

1 Biblical history
2 Liturgy
2.1 Western Christianity
2.2 Eastern Christianity
3 Customs
4 Wednesday crucifixion theory
5 References

Biblical history

In Western Christianity, the Wednesday before Easter is sometimes known as “Spy Wednesday”, as a reference to the betrayal of Jesus by Judas Iscariot,[3][4] indicating that it is the day that Judas Iscariot first conspired with the Sanhedrin to betray Jesus for thirty silver coins.[5][6]

This event is described in the three Synoptic Gospels: Matthew 26:14-16, Mark 14:10-12, Luke 22:3-6.

The Sanhedrin was gathered together and it decided to kill Jesus, even before Pesach if possible. In the meantime, Jesus was in Bethany, in the house of Simon the leper. Here he was anointed on his head by a woman with very expensive ointment of spikenard. In John’s Gospel, this woman is identified as Mary, the sister of Martha and Lazarus. Some of the disciples, particularly Judas, were indignant about this.[7] Judas went to the Sanhedrin and offered them his support in exchange for money. From this moment on, Judas was looking for an opportunity to betray Jesus.

Liturgy

Western Christianity

Although it is frequently celebrated on Maundy Thursday or Good Friday,[8] the Tenebrae is a liturgy that is often celebrated on this day. The word tenebrae comes from the Latin meaning darkness. In this service, all of the candles on the altar table are gradually extinguished until the sanctuary is in complete darkness. At the moment of darkness, a loud clash occurs symbolizing the death of Jesus.[9] The ‘strepitus’, as it is known more probably symbolizes the earthquake that followed Jesus’ death: “And, behold, the veil of the temple was rent in twain from the top to the bottom; and the earth did quake, and the rocks rent” Matthew 27:51(AV).

Eastern Christianity

In the Orthodox Church, the theme of Holy and Great Wednesday is the commemoration of the sinful woman who anointed Jesus before his Crucifixion and Burial; a second theme is the agreement to betray Jesus made by Judas Iscariot.

The day begins with the celebration of the Presanctified Liturgy on Tuesday afternoon. Later that evening, the Orthros (Matins) follows the special Holy Week format known as the Bridegroom Prayer. Towards the end of Orthros, the Hymn of Kassiani is sung. The hymn, (written in the 9th century by Kassia) tells of the woman who washed Christ’s feet in the house of Simon the Pharisee. (Luke 7:36-50) Much of the hymn is written from the perspective of the sinful woman:

O Lord, the woman who had fallen into many sins, sensing Your Divinity, takes upon herself the duty of a myrrh-bearer. With lamentations she brings you myrrh in anticipation of your entombment. “Woe to me!” she cries, “for me night has become a frenzy of licentiousness, a dark and moonless love of sin. Receive the fountain of my tears, O You who gather into clouds the waters of the sea. Incline unto me, unto the sighings of my heart, O You who bowed the heavens by your ineffable condescension. I will wash your immaculate feet with kisses and dry them again with the tresses of my hair; those very feet at whose sound Eve hid herself in fear when she heard You walking in Paradise in the twilight of the day. As for the multitude of my sins and the depths of Your judgments, who can search them out, O Savior of souls, my Savior? Do not disdain me Your handmaiden, O You who are boundless in mercy.”
The Byzantine musical composition expresses the poetry so strongly that it often leaves many people in a state of prayerful tears. The Hymn can last upwards of 25 minutes and is liturgically and musically a highpoint of the entire year.

On this day members of the church receive Holy Unction after receiving Holy Communion at the Presanctified Liturgy on Wednesday evening.[10]

It is on account of the agreement made by Judas to betray Jesus on this day that Orthodox Christians fast on Wednesdays (as well as Fridays) throughout the year.

Customs

Czech Republic: the day is traditionally called Ugly Wednesday, Soot-Sweeping Wednesday or Black Wednesday, because chimneys used to be swept on this day, to be clean for Easter.[11]

Malta: this day is known as L-Erbgħa tat-Tniebri” (Wednesday of Shadows) referring to the liturgical darkness (tenebrae). In the past children went to the parish church and drummed on the chairs to make the sound of thunderstorms, as their version of the “strepitus” sound at Tenebrae Wednesday.

Scandinavia: this day is known as Dymmelonsdagen. A dymbil is a piece of wood. Historically, the metal clapper of the church bells were replaced by these dymbils on Holy Wednesday, to make a duller sound. The day is sometimes confused with Ash Wednesday, and to the public, the days have started to apply to one another.

Wednesday crucifixion theory

Although the consensus of modern scholarship is that the New Testament accounts represent a crucifixion occurring on a Friday, a growing body of Biblical scholars and commentators claim the traditional Holy Week calendar is inaccurate and Jesus was crucified on Wednesday, not Friday.[12][13][14] A Thursday crucifixion has also been proposed.[15]

Those promoting a Wednesday crucifixion date instead of Friday argue that Matthew 12:38-40 (ASV) indicates Jesus was to be dead for “three days and three nights,” which would not have been possible if he was crucified on a Friday. Elsewhere Biblical texts reinforce the point that Jesus was to be dead for three days and three nights, including in Mark 8:31, where it is written that the Son of Man “must be killed and after three days rise again.” In Matthew 27:62-64 the Pharisees quote Jesus as saying, “After three days I will rise again.” Others have countered by saying that this ignores the Jewish idiom by which a “day and night” may refer to any part of a 24-hour period, that the expression in Matthew is idiomatic, not a statement that Jesus was 72 hours in the tomb, and that the many references to a resurrection on the third day do not require three literal nights.[16][17]

The crucifixion’s proximity to the Sabbath day has also factored into the theory. Mark 15:42 indicates that Jesus was crucified on “Preparation Day (that is, the day before Sabbath).” Since weekly Sabbath occurs on Saturday, it was presumed that Jesus was crucified on Good Friday, even though this would mean Jesus was dead for less than three days. The Wednesday Crucifixion theory accounts for this discrepancy. In the traditional Jewish calendar there were weekly Sabbaths on Saturday, as well as seven High Sabbaths, also called “High Days”, some of which can fall on any day of the week. John 19:31 says that that particular Sabbath day before which Jesus was crucified was, in the Greek translation, a “great day” or “high day” (μεγάλη ἡ ἡμέρα).

Proponents of the Wednesday crucifixion theory argue that this special Sabbath was the Feast of Unleavened Bread, which commenced on the 15th day of the Jewish month of Nisan and was preceded with a passover meal on the 14th of Nisan. If Jesus was crucified in 30 A.D. or 31 A.D., the 14th of Nisan would have fallen on a Wednesday, with the next day being an Annual Sabbath. If true, the Wednesday crucifixion would have still occurred the day before a Sabbath, as recounted in Biblical text, and resulted in Jesus being dead for three full days.

Other Biblical texts add weight to the Wednesday crucifixion theory. Modern versions of Matthew 28:1 record the resurrection as occurring “After the Sabbath, at dawn on the first day of the week.” But the Greek text reads “After the Sabbaths” (plural), meaning two Sabbaths had passed between the crucifixion and resurrection of Jesus – the annual Sabbath and the weekly Sabbath.

References

Jump up ^ Packer, George Nichols (1893), Our Calendar: The Julian Calendar and Its Errors, how Corrected by the Gregorian, Corning, NY: [The author], p. 112, retrieved 15 Dec 2013, “Spy Wednesday, so called in allusion to the betrayal of Christ by Judas, or the day on which he made the bargain to deliver Him into the hands of His enemies for thirty pieces of silver.”
Jump up ^ Gunn, Scott. “Spy Wednesday”. Lent Madness. Retrieved 29 March 2013.
Jump up ^ “spy, n.”, OED Online, Oxford University Press, December 2013, retrieved 15 Dec 2013, “Spy Wednesday n. in Irish use, the Wednesday before Easter.”
Jump up ^ The Holiday Spot: Journey through the Holy Week
Jump up ^ Catholic Online: Spy Wednesday conversion to Holy Wednesday
Jump up ^ My Catholic: One Bread, One Body – Reflection for April 4, 2007 – Spy Wednesday
Jump up ^ Oppenheimer, Mike. “The Betrayer Judas Iscariot”. Let Us Reason Ministries. Retrieved 27 March 2013.
Jump up ^ Ken Collins: What is a Tenebrae Service?
Jump up ^ The United Methodist Church: What is a Tenebrae service?
Jump up ^ Great Lent, Holy Week, and Pascha: The Sacrament of Holy Unction: Holy Wednesday afternoon and Evening
Jump up ^ By Sun and Candlelight: Spy Wednesday Supper
Jump up ^ Akin, Jimmy (21 April 2011). “The Crucifixion: Wednesday or Friday?”. The National Catholic Register. Retrieved 11 March 2012.
Jump up ^ Ashley, Scott. “Jesus Wasn’t Crucified on Friday or Resurrected on Sunday”. The Good News Magazine of Understanding. Retrieved 27 February 2012.
Jump up ^ Humphreys, Colin (2011). The Mystery of the Last Supper: Reconstructing the Final Days of Jesus. Cambridge University Press. ISBN 052173200X.
Jump up ^ The Cradle, the Cross, and the Crown: An Introduction to the New Testament by Andreas J. Köstenberger, L. Scott Kellum 2009 ISBN 978-0-8054-4365-3 pages 142–143
Jump up ^ New Testament History by Richard L. Niswonger 1992 ISBN 0-310-31201-9 pages 167–168
Jump up ^ Jesus and the Gospels: An Introduction and Survey by Craig L. Blomberg 2009 ISBN 0-8054-4482-3, footnote on page 225

Line_Endline

VIRGINI PERDOLENTI – Programm ta’ Mużika Sagra mill-Banda Birżebbuġa A.D. 1990 għada t-Tnejn filgħaxija.

Wara l-ftuħ tal-Wirja ‘Is-Sultan’, se jittella’ Programm ta’ Mużika Sagra mill-Banda Birżebbuġa A.D. 1990.  Il-Programm se jkun imħawwar bi ħsibijiet reliġjużi marbutin mas-7 Duluri ta’ Sidtna Ommna Marija l-ewwel Patruna tar-raħal tagħna ta’ Birżebbuġa.  Kulħadd huwa mistieden li jattendi speċjalment in-nies ta’ Birżebbuġa, Membri u ammiraturi tas-Soċjetà.  Id-dħul se jkun b’xejn għal kulħadd.  Ikun hemm riċeviment wara.

Line_Endline

Għada tiftaħ il-Wirja ‘Is-Sultan’ mill-Partitarji tal-Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Għada għall-ħabta tas-7:15pm fi Triq Birżebbuġa, fir-remissa biswit is-Sede tas-Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990 se tiġi inawgurata l-Wirja ‘Is-Sultan’ minn grupp ta’ Partitarji akkaniti u entużjasti tal-Ġimgħa l-Kbira.  Wara l-Wirja se jittella’ programm mużikali sabiħ mill-Banda Birżebbuġa A.D. 1990 taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro. Michael Bugelli A.T.C.L.  Kulħadd huwa mistieden speċjalament in-nies ta’ Birżebbuġa.  Dħul huwa mingħajr ħlas.

Line_Endline

Il-Banda San Pietru Fil-Ktajjen torganizza Private għas-7 Visti f’Ħamis Ix-Xirka

Line_Endline

ZAK Birżebbuġa Pageant 2014: Hu Tmiem il-Bidu

Prosit ŻAK Birżebbuġa.

Il-filmati miġbuda u editjati minn Roberto D’Amato u Marlon Polidano.    Prosit Roberto u Marlon tax-xogħol li qed tagħmlu.  Well done and keep it Up!

Line_Endline

Illum ssir l-aħħar Preżentazzjoni tad-Dramm ‘Hu Tmiem il-Bidu’ miz-ZAK Birżebbuġa.

Line_Endline

Illum tiftaħ il-Wirja ‘Dan huwa Ibni l-Għażiż’ ta’ Joseph Mercieca fil-Qajjenza

Line_Endline

Illum Membri u Ammiraturi tal-Banda Birżebbuġa A.D. 1990 telgħu Għawdex

Line_Endline

Ħadd il-Palm 2014

Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej

Il-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu skond San Mattew

L-Ewwel Qari

Ma ħbejtx wiċċi mit-tagħjir.

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija

Sidi l-Mulej tani lsien ta’ wieħed jitgħallem,
biex nagħraf ngħin lill-għajjien b’xi kelma.
Ta’ kull filgħodu jqajjimli lil widinti,
biex nisma’ bħal wieħed jitgħallem.
Sidi l-Mulej fetaħli widinti,
u jiena ma webbistx rasi,
ma rġajtx lura.
Tajt dahri lil dawk li kienu jsawtuni,
ħaddejja lil dawk li kien jnittfuli lħiti;
ma ħbejtx wiċċi mit-tagħjir u l-bżieq.
Sidi l-Mulej jgħinni,
għalhekk ma nitħawwadx;
għalhekk għamilt wiċċi bħaż-żnied:
jien naf li ma jkollix mniex nistħi.

Salm Responsorjali

Rl. : Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?

Dawk kollha li jarawni jidħku bija,
jgħajbuni, iħarrku rashom u jgħidu:
«F’idejn il-Mulej intelaq; ħa jeħilsu hu!
Ħa jsalvah hu, għax bih jitgħaxxaq!» Rl.

Qabda klieb daru għalija;
ġemgħa nies ħżiena rassewni.
Taqqbuli idejja u riġlejja;
nista’ ngħodd għadmi kollu. Rl.

Ħwejġi qasmu bejniethom,
jaqtgħu x-xorti għal-libsa tiegħi.
Mulej, la titbegħidx minni;
qawwa tiegħi, fittex għinni! Rl.

Inxandar ismek lil ħuti;
infaħħrek f’nofs il-ġemgħa.
Faħħru l-Mulej, intom li tibżgħu minnu;
sebbħuh ilkoll, nisel Ġakobb!
ibżgħu minnu lkoll, ulied Iżrael! Rl.

It-Tieni Qari

Kristu ċekken lilu nnifsu; għalhekk Alla għollieh.

Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Filippin
Ġesù Kristu li għad li kellu n-natura ta’ Alla,
ma qagħadx ifittex tiegħu li hu daqs Alla,
iżda xejjen lilu nnifsu billi ħa n-natura ta’ lsir,
sar jixbah lill-bnedmin, u deher minn barra bħala bniedem;
ċekken lilu nnifsu, billi obda sal-mewt,
anzi sal-mewt tas-salib.
Għalhekk Alla għollieh sas-smewwiet
u żejnu bl-isem li hu fuq kull isem,
biex fl-isem ta’ Ġesù
– fis-sema, fl-art u f’qiegħ l-art –
il-ħlejjaq kollha jinżlu għarrkubbtejhom,
u kull ilsien jistqarr:
«Ġesù Kristu hu l-Mulej,»
għall-glorja ta’ Alla l-Missier.

Rl. Glorja u tifħir lilek, Kristu!
Minħabba fina Kristu obda sal-mewt, anzi sal-mewt tas-salib.
Għalhekk Alla għollieh sas-smewwiet,
u żejnu bl-isem li hu fuq kull isem.
Rl. Glorja u tifħir lilek, Kristu!

Evanġelju

Il-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu skond San Mattew

K F’dak iż-żmien, wieħed mit-Tnax, jismu Ġuda l-Iskarjota, mar
għand il-qassisin il-kbar u qalilhom:
S «Xi tridu tagħtuni u jiena nagħtikom lil Ġesù f’idejkom?»
K U huma tawh tletin biċċa tal-fidda bħala ħlas. Minn dak il-ħin
beda jfittex okkażjoni tajba biex jagħtihom lil Ġesù f’idejhom.
Fl-ewwel jum ta’ l-Ażżmi d-dixxipli resqu lejn Ġesù u qalulu:
S «Fejn tridna nħejjulek l-ikla tal-Għid?»
K U hu qalilhom:
«Morru l-belt għand it-tali, u għidulu: “Qallek l-Imgħallem:
Is-siegħa tiegħi waslet; jien se nagħmel l-ikla tal-Għid għandek
mad-dixxipli tiegħi.”»
K Id-dixxipli għamlu kif ordnalhom Ġesù u ħejjew l-ikla ta’
l-Għid. Għall-ħin ta’ filgħaxija qagħad fuq il-mejda flimkien
mat-Tnax, u waqt l-ikel qal:
«Tassew ngħidilkom, li wieħed minnkom se jittradini.»
Huma bdew isewdu qalbhom ħafna u kull wieħed minnhom
beda jsaqsih:
S «Jaqaw jien, Mulej?»
K U Ġesù weġibhom:
«Dak li jmidd idu u jbill il-ħobż fi platt wieħed miegħi, dak li se
jittradini. Bin il-bniedem imur kif hemm miktub fuqu imma
ħażin għalih dak il-bniedem li permezz tiegħu Bin il-bniedem
ikun mogħti f’idejn l-għedewwa! Kien ikun aħjar għalih dak
il-bniedem li kieku ma twieled xejn!»
K Qabeż Ġuda, dak li ttradieh, u qallu:
S «Jaqaw jien, Rabbi?»
K Wieġbu Ġesù:
«Int qiegħed tgħidu.»
K Huma u jieklu, Ġesù ħa l-ħobż f’idejh, qal il-barka, qasmu,
newlu lid-dixxipli u qal:
«Ħudu, kulu, dan hu ġismi.»
K Imbagħad ħa l-kalċi f’idejh, radd il-ħajr, newlilhom il-kalċi u
qal:
«Ixorbu lkoll minnu, għax dan huwa demmi, id-demm tal-Patt,
li jixxerred għall-kotra għall-maħfra tad-dnubiet. Ngħidilkom,
li ma nerġax nixrob iżjed minn dan il-frott tad-dielja sa dakinhar
li nixrob inbid ġdid magħkom fis-Saltna ta’ Missieri.»
K Kantaw is-salmi u ħarġu lejn l-Għolja taż-Żebbuġ. Imbagħad
Ġesù qalilhom:
«Ilkoll kemm intom se titħawdu minħabba fija f’dan il-lejl;
għax hemm miktub: “Nidrob ir-ragħaj, u n-nagħaġ tal-merħla
jitferrxu.” Imma wara li nqum mill-mewt, immur il-Galilija
qabilkom.»
K Qabeż Pietru u qallu:
S «Jekk kulħadd jitħawwad minħabba fik, jiena ma nitħawwad
qatt.»
K Qallu Ġesù:
«Tassew, ngħidlek, li dal-lejl, qabel ma jidden is-serduk, int tkun
ġa ċħadtni tliet darbiet.»
K Qallu Pietru:
S «Le, ma niċħdekx, anqas jekk ikolli mmut miegħek!»
K U d-dixxipli l-oħra wkoll, kulħadd qal l-istess.
Imbagħad Ġesù flimkien mad-dixxipli tiegħu wasal f’qasam,
jgħidulu l-Ġetsemani, u qal lid-dixxipli:
«Oqogħdu bilqiegħda hawn sakemm immur hemmhekk nitlob.»
K U ħa miegħu lil Pietru u ż-żewġ ulied ta’ Żebedew, u beda
jsewwed qalbu u jiddejjaq. Imbagħad qalilhom:
«Għandi ruħi mnikkta għall-mewt, ibqgħu hawn u ishru
miegħi.»
K Mexa kemmxejn ’il quddiem, inxteħet wiċċu fl-art jitlob u jgħid:
«Missier, jekk jista’ jkun, biegħed minni dan il-kalċi! Imma
mhux kif irrid jien, iżda kif trid int.»
K Ġie ħdejn id-dixxipli u sabhom reqdin; u qal lil Pietru:
«Mela ma flaħtux tishru siegħa waħda miegħi? Ishru u itolbu
biex ma tidħlux fit-tiġrib. L-ispirtu, iva, irid; imma l-ġisem
dgħajjef.»
K Għat-tieni darba raġa’ mar jitlob u qal:
«Missieri, jekk dan il-kalċi ma jistax jgħaddi mingħajr ma
nixorbu, tkun magħmula r-rieda tiegħek.»
K Mill-ġdid ġie u sabhom reqdin, għax għajnejhom kienu tqal
bin-ngħas. Ħalliehom, u raġa’ mar jitlob għat-tielet darba, u
qal l-istess kliem. Imbagħad ġie ħdejn id-dixxipli u qalilhom:
«Issa se torqdu u tistrieħu? Ara, is-siegħa waslet, u Bin
il-bniedem se jkun mogħti f’idejn il-midinbin. Qumu! Ejjew
immorru! Araw, dak li se jittradini huwa fil-qrib!»
K Kif kien għadu jitkellem, ġie Ġuda, wieħed mit-Tnax,
b’ġemgħa kbira ta’ nies miegħu, armati bis-sjuf u l-bsaten,
mibgħuta mill-qassisin il-kbar u x-xjuħ tal-poplu. Issa dak li
kien se jittradih kien tahom sinjal u qalilhom:
S «Lil dak li nbus, dak hu: aqbduh.»
K U minnufih resaq fuq Ġesù; u qallu:
«Is-sliem għalik, Rabbi!»
K U biesu. U Ġesù qallu:
«Ħabib, għalhekk ġejt int!»
K Huma resqu lejh, meddew idejhom fuq Ġesù u qabduh.
Wieħed minn dawk li kienu ma’ Ġesù ħareġ idu u silet
is-sejf, darab lill-qaddej tal-qassis il-kbir u qatagħlu widintu.
Imbagħad Ġesù qallu:
«Erġa’ daħħal sejfek f’postu għax kull min jaqbad is-sejf, bis-sejf
jinqered. Taħseb int li ma nistax nitlob lil Missieri u jibgħatli
issa stess aktar minn tnax-il leġjun ta’ anġli? Iżda mbagħad kif
isseħħ l-Iskrittura li tgħid li hekk għandu jsir?»
K Fl-istess waqt Ġesù qal:
«Qiskom ħriġtu għal xi ħalliel, armati bis-sjuf u bil-bsaten
biex taqbdu lili! Jien kuljum kont inkun bilqiegħda fit-tempju
ngħallem, u ma żammejtunix. Iżda dan kollu ġara biex isseħħ
il-kitba tal-profeti.»
K Imbagħad id-dixxipli kollha telquh u ħarbu. Dawk li qabdu
lil Ġesù ħaduh quddiem Kajfa, il-qassis il-kbir, fejn ġa kienu
nġabru l-kittieba u x-xjuħ. Pietru kien baqa’ miexi warajh
mill-bogħod sal-palazz tal-qassis il-kbir; daħal ġewwa u qagħad
bilqiegħda mal-qaddejja biex jara kif kienet se tintemm il-biċċa.
Il-qassisin il-kbar u s-Sinedriju kollha bdew ifittxu xhieda foloz
kontra Ġesù bil-ħsieb li jagħtuh il-mewt, iżda għalkemm resqu
bosta xhieda foloz, ma sabux fuqiex jixluh. Fl-aħħar resqu tnejn
u qalu:
S «Dan qal: “Nista’ nħott it-tempju ta’ Alla u nerġa’ nibnih fi tlitt
ijiem.”»
K Il-qassis il-kbir qam u qallu:
S «Xejn ma twieġeb? X’inhuma jixhdu dawn kontra tiegħek?»
K Imma Ġesù baqa’ sieket. Imbagħad il-qassis il-kbir qabad u
qallu:
S «Aħlifli fuq Alla l-ħaj u għidilna jekk intix il-Messija, Bin Alla.»
K Qallu Ġesù:
«Inti qiegħed tgħidu. U ngħidilkom ukoll: minn issa ’l quddiem
għad taraw lil Bin il-bniedem bilqiegħda n-naħa tal-lemin ta’
dak li jista’ kollox u ġej fuq is-sħab tas-sema.»
K Imbagħad il-qassis il-kbir ċarrat ilbiesu u qal:
S «Din dagħwa! Xi ħtieġa għandna iżjed ta’ xhieda? Ara, smajtuha
issa d-dagħwa! X’jidhrilkom?»
K Huma weġbuh u qalu:
S «Ħaqqu l-mewt.»
K Imbagħad beżqulu f’wiċċu u tawh bil-ponn, u xi wħud tawh
bil-ħarta u qalulu:
S «Aqta’ min tahielek, Messija, din id-daqqa!»
K Intant Pietru kien hemm barra bilqiegħda, fil-bitħa tal-palazz.
U resqet fuqu waħda qaddejja u qaltlu:
S «Int ukoll kont ma’ Ġesù tal-Galilija!»
K Imma hu ċaħad quddiem kulħadd u qal:
S «Anqas naf xi trid tgħid.»
K Imbagħad warrab lejn il-bieb, lemħitu qaddejja oħra u qalet lil
dawk li kienu hemm:
S «Dan kien ma’ Ġesù ta’ Nażaret.»
K U raġa’ ċaħad u ħalef:
S «Jien ma nafux lil dan il-bniedem!»
K Wara ftit dawk l-istess nies resqu lejn Pietru u qalulu:
S «Tassew, inti wkoll wieħed minnhom, għax għandek il-kisra ta’
kliemek tikxfek.»
K Imbagħad qabad jisħet lilu nnifsu u jaħlef:
S «Le, ma nafux lil dan il-bniedem!»
K U minnufih is-serduk idden. U Pietru ftakar fil-kliem ta’ Ġesù
meta qallu: «Qabel ma s-serduk jidden, int tkun ġa ċħadtni tliet
darbiet.» U ħareġ ’il barra jibki biki ta’ qsim il-qalb.
K L-għada filgħodu l-qassisin il-kbar u x-xjuħ tal-poplu ftiehmu
lkoll bejniethom biex lil Ġesù jaqtgħuhielu għall-mewt. Rabtuh
u ħaduh magħhom biex jagħtuh f’idejn Pilatu, il-gvernatur.
Imbagħad Ġuda, it-traditur, meta ra li Ġesù kien ikkundannat,
nidem u mar bit-tletin biċċa tal-fidda għand il-qassisin il-kbar u
x-xjuħ biex jerġa’ jagħtihomlhom lura; u qalilhom:
S «Dnibt, għax ittradejt demm bla ħtija!»
K Iżda huma qalulu:
S «Aħna din x’inhi affari tagħna? Dak arah int!»
K Hu waddab il-flus fis-santwarju, telaq u mar tgħallaq.
Imbagħad il-qassisin il-kbar ġabru l-flus minn hemm u qalu:
S «Dawn ma nistgħux inqegħduhom ma’ l-offerti, għax huma
prezz tad-demm.»
K Ftiehmu bejniethom, u b’dawk il-flus xtraw “l-Għalqa ta’
Ħaddiem il-Fuħħar,” biex fiha jidfnu l-barranin. Kien għalhekk
li dik l-għalqa ssemmiet “l-Għalqa tad-Demm”, u hekk għadha
magħrufa sa llum. Imbagħad seħħ dak li kien ingħad permezz
tal-profeta Ġeremija meta qal: «U ħadu t-tletin biċċa tal-fidda,
il-prezz ta’ dak li kien stmat bil-prezz mogħti minn ulied Iżrael,
u tawhom għall-għalqa ta’ ħaddiem il-fuħħar, kif ikkmandani
l-Mulej.»
K Ġesù waqaf quddiem il-gvernatur, u dan staqsieh:
S «Int is-sultan tal-Lhud?»
K U Ġesù wieġbu:
«Int qiegħed tgħidu.»
K Iżda meta l-qassisin il-kbar u x-xjuħ bdew jakkużawh, hu ma
wieġeb xejn. Għalhekk Pilatu qallu:
S «M’intix tisma’ kemm ħwejjeġ qegħdin jixhdu kontra tiegħek?»
K Iżda hu anqas għal akkuża waħda ma wieġeb, hekk li
l-gvernatur baqa’ mistagħġeb ħafna.
Nhar ta’ festa, il-gvernatur kien soltu jitlaq wieħed ħabsi, lil
min iridu huma. Dik il-ħabta kellhom wieħed ħabsi magħruf,
jismu Barabba. Mela kif kienu miġbura, Pilatu qalilhom:
S «Lil min triduni nitilqilkom, lil Barabba jew lil Ġesù li jgħidulu
l-Messija?»
K Għax hu kien jaf li kienet l-għira li ġagħlithom jagħtuh lil Ġesù
f’idejh. Issa waqt li kien bilqiegħda fuq is-siġġu tat-tribunal,
martu bagħtet tgħidlu:
S «Qis li ma jkollokx x’taqsam ma’ dan ir-raġel ġust, għax illum
minħabba fih batejt ħafna fil-ħolm.»
K Iżda l-qassisin il-kbar u x-xjuħ ġiegħlu l-poplu jitolbuh
lil Barabba u jeqirdu lil Ġesù. Il-gvernatur, mela, raġa’
staqsiehom:
S «Lil min triduni nitilqilkom minnhom it-tnejn?»
K Weġbuh ilkoll:
S «Lil Barabba.»
K Qalilhom Pilatu:
S «U x’nagħmel b’Ġesù li jgħidulu l-Messija?»
K Weġbuh ilkoll:
S «Sallbu!»
K Hu staqsiehom:
S «Imma x’għamel ħażin?»
K Huma aktar bdew jgħajtu u jgħidu:
S «Sallbu!»
K Meta mbagħad Pilatu ra li kollox kien għal xejn, anzi li
aktarx kienet se tinqala’ xi rewwixta, qabad, ħasel idejh fl-ilma
quddiem il-poplu u qal:
S «Jien m’iniex ħati ta’ dan id-demm: dan arawh intom!»
K U l-poplu kollu qabeż u qal:
S «Demmu fuqna u fuq uliedna!»
K Imbagħad telqilhom lil Barabba, u lil Ġesù, wara li tah is-swat,
tahulhom biex isallbuh.
Imbagħad is-suldati tal-gvernatur ħadu lil Ġesù fil-Pretorju,
u ġabru quddiemu lil sħabhom kollha. Neżżgħuh, u xeħtulu
fuqu mantar aħmar skur; qegħdulu fuq rasu kuruna minsuġa
mix-xewk u qasba f’idu l-leminija, inxteħtu għarkubbtejhom
quddiemu, u qagħdu jiddieħku bih u jgħidulu:
S «Is-sliem għalik, sultan tal-Lhud!»
K Beżqu fuqu, u ħadulu l-qasba minn idu u bdew jagħtuh biha
fuq rasu. Imbagħad, wara li għaddewh biż-żufjett, neżżgħulu
l-mantar u xeddewlu ħwejġu.
U ħaduh magħhom biex isallbuh. Huma u sejrin sabu raġel
minn ċireni, jismu Xmun, u ġagħluh jerfagħlu s-salib. Meta
waslu f’post jgħidulu Golgota, jiġifieri post il-Qorriegħa,
tawh jixrob inbid b’taħlita morra; hu daqu, imma ma riedx
jixorbu. Imbagħad sallbuh, u qassmu ħwejġu bejniethom billi
tellgħuhom bix-xorti, u nxteħtu bilqiegħda u qagħdu hemm
għassa tiegħu. U qegħdulu fuq rasu l-kawża tal-kundanna
tiegħu li kienet tgħid hekk: «Dan hu Ġesù, is-sultan tal-Lhud.»
Imbagħad miegħu sallbu żewġ ħallelin, wieħed fuq il-lemin u
l-ieħor fuq ix-xellug. Dawk li kienu għaddejjin bdew jgħajruh,
iċaqilqu rashom u jgħidu:
S «Int li tħott it-tempju u fi tlitt ijiem terġa’ tibnih, salva lilek
innifsek jekk int l-Iben ta’ Alla, u inżel minn fuq is-salib!»
K Hekk ukoll il-qassisin il-kbar bdew jiddieħku bih mal-kittieba
u x-xjuħ u jgħidu:
S «Salva oħrajn, lilu nnifsu ma jistax isalva! Hu s-sultan ta’
Iżrael! Ħa jinżel issa minn fuq is-salib u nemmnu fih! Hu jafda
f’Alla; ħa jeħilsu issa, jekk iħobbu! Għax hu qal: “Jiena Bin
Alla!”»
K U bl-istess mod bdew imaqdruh ukoll il-ħallelin li kienu
msallbin miegħu.
Mis-sitt siegħa ’l quddiem waqgħet dalma kbira fuq il-pajjiż
kollu sad-disa’ siegħa. U madwar id-disa’ siegħa Ġesù għajjat
b’leħen qawwi u qal:
«Elì, Elì, lemà sabaqtàni?»
K Jiġifieri: «Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?»
Xi wħud minn dawk li kienu hemm, kif semgħuh, qalu:
S «Lil Elija qiegħed isejjaħ dan!»
K U minnufih wieħed minnhom mar jiġri, qabad sponża mimlija
bil-ħall, waħħalha f’tarf ta’ qasba u tah jixrob, waqt li l-oħrajn
qalu:
S «Stenna, ħa naraw jiġix Elija jsalvah!»
K Imma Ġesù raġa’ għajjat għajta kbira u radd ruħu.
Kulħadd jinżel għarkubbtejh u jinżamm is-skiet għal ftit ħin.
U ara l-purtiera tas-santwarju ċċarrtet fi tnejn minn fuq s’isfel;
l-art theżhżet, il-blat inqasam, u l-oqbra nfetħu, u qamu ħafna
iġsma ta’ qaddisin li kienu mietu, li ħarġu mill-oqbra u wara
l-qawmien tiegħu daħlu fil-Belt imqaddsa u dehru lil bosta nies.
Iċ-ċenturjun u dawk li kienu miegħu għassa ta’ Ġesù, kif raw
l-art titheżheż u jiġri dak kollu, imtlew b’biża’ li ma bħalu u
qalu:
S «Dan kien tassew Bin Alla!»
K Hemmhekk kien hemm ħafna nisa jħarsu mill-bogħod, dawk
stess li kienu mxew wara Ġesù biex jaqduh sa minn meta kien
għadu fil-Galilija: fosthom kien hemm Marija ta’ Magdala,
Marija omm Ġakbu u Ġużeppi u omm ulied Żebedew. Xħin
sar fil-għaxija, ġie raġel għani, minn Arimatija, jismu Ġużeppi, li
hu wkoll kien sar dixxiplu ta’ Ġesù; mar għand Pilatu u talbu
l-ġisem ta’ Ġesù. Imbagħad Pilatu ordna li jingħatalu. Ġużeppi
ħa l-ġisem u keffnu f’liżar nadif, qiegħdu fil-qabar ġdid tiegħu
li kien ħaffer fil-blat, gerbeb ġebla kbira fid-daħla tal-qabar, u
telaq. Iżda Marija ta’ Magdala u Marija l-oħra baqgħu hemm
bilqiegħda biswit il-qabar.
L-għada, jiġifieri meta għadda Jum it-Tħejjija, il-qassisin il-kbar
u l-Fariżej inġabru għand Pilatu u qalulu:
S «Sinjur, aħna ftakarna li dan il-bniedem qarrieq, meta kien
għadu ħaj, qal: “Wara tlitt ijiem inqum.” Mela ordna li l-qabar
ikun imħares tajjeb sat-tielet jum, li ma jmorrux jiġu d-dixxipli
tiegħu jisirquh, u jgħidu lill-poplu: “Qam mill-imwiet.” U hekk
il-qerq ta’ l-aħħar ikun agħar minn ta’ l-ewwel!»
K Qalilhom Pilatu:
S «Għandkom l-għassa. Morru ħarsuh tajjeb kif tafu.»
K U huma marru jissiġillaw il-ġebla biex il-qabar jibqa’ mħares
sewwa, u ħallew ukoll l-għassa miegħu.

Line_Endline

Illum f’Jum id-Duluri tiftaħ il-Wirja ta’ Joe Abdilla (it-Tè) fi Triq San Ġwann, Birżebbuġa

Illum tiftaħ il-wirja ta’ Joe Abdilla (It-Tè).  Din il-wirja tinsab fi Triq San Ġwann fin-niżla/telgħa eżatti kantuniera ma’ Żurrieq Road.  Din il-wirja issa ilha tittellgħa għal diversi snin u hija waħda magħrufa mad-dilettanti.  Din il-wirja tittellgħa b’paċenzja kbira minn Joe Abdilla.  Joe jibda jarma l-garaxx tiegħu għal din il-wija minn diversi ġranet qabel.  Is-sett tal-vari huwa wieħed numeruż u huwa bbażżat ħafna fuq il-vari tal-parroċċa taż-Żejtun.  Din il-wirja se tiftaħ illum f’Jum id-Duluri u tibqa’ miftuħa tul il-Ġimgħa Mqaddsa kollha.  Araw il-poster għad-dettalji tal-ħinijiet.  Awguri Joe.

Line_Endline

 

Il-Banda San Pietru fil-Ktajjen A.D. 1957 bi Programm Mużikali għal dawn iż-żminijiet

Illum fid-Duluri tiftaħ il-Wirja ta’ Chris Camilleri (Kaċċlu)

Illum filgħaxija barra l-Wirja ta’ Joe Abdilla fit-telgħa ta’ Triq san Ġwann se tiftaħ ukoll il-Wirja ta’ Chris Camilleri (Il-Kaċċlu) fi Ġnien Indipendenza.

Din se tiftaħ għat-tieni darba illum f’Jum id-Dyluri 11 t’April għall-ħabta tal-5pm.

Matul il-ġimgħa se tkun miftuħa fil-ħinijiet indikati fil-poster.  F’Ħamis ix-Xirka se tkun miftuħa mid-6pm sal-11pm.  F’Jum il-Ġimgħa l-Kbira din se tkun miftuħa mill-10am sa 12pm.

Prosit u Awgurju kbir lil Chris.

Line_Endline

Duluri Birżebbuġa 2014

Il-Ġimgħa:  11 ta’ April 2014

Nhar il-Ġimgħa niċċelebraw il-Festa tad-Duluri.  Filgħaxija jkun hawn żewġ quddisiet, waħda fil-5.15 p.m., qabel il-purċissjoni u l-oħra wara, għal ħabta tas-7.00 p.m.  Il-Purċissjoni toħroġ fis-6.00 p.m.

Line_Endline

Fil-5pm il-ftuħ tal-Wirja ‘Ecce Homo’ ta’ Jurgen Camilleri

Minn hawn u siegħa oħra se jkun hemm il-ftuħ tl-Wirja Ecce Homo ta’ Jurgen Camilleri li se ssir fi Triq San Mikiel.  Se jiżżanżan pavaljun ġdid għall-okkażjoni u l-Wirja se tiftaħ bi programm mużikali minn bandisti bravi li għandhom entużjażmu kbir għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet.

Il-Programm se jibda fil-5pm u se jkun hemm is-siġġijiet provduti għal kulħadd.  Aħna nagħmlulkom kuraġġ biex tiġu u tattendu għal din is-serata sabiħa li se jkollna.  Mat-tmiem tal-programm li fih barra l-mużika se jinqraw ukoll xi xogħlijiet fil-poeżija u proża titbierek mill-kappillan ta’ Birżebbuġa.  L-appuntament għal magħkom mela se jkun fil-5pm, Triq San Mikiel Birżebbuġa.   Ejjew u ġibu t-tfal magħkom ħalli nkomplu niżirgħu l-imħabba lejn dawn il-festi qaddisa.

Line_Endline

Ftuħ uffiċjali tal-Wirja ta’ Ludwig Desira 2014

Dalgħodu kellna l-ewwel ftuħ uffiċċjali tal-Wirja ‘Passio Caeolorum Rex’ – u veru ftuħ ta’ veru kien.  Din is-sena ġew imżanżna wkoll 2 bandalori ġodda xogħol tal-artist Copperstone ta’ Ħal Tarxien.  Anke fil-Wirja fuq ġewwa ġew mżanżna xi opri ġodda fosthom sketches mill-artist Mariorick Mifsud.

Il-ftuħ sar filgħodu bis-saħħa ta’ programm mużikali l-ġmiel tiegħu.  L-attendenza kienet tajba ħafna.  Kull sena dan l-avveniment qiegħed jiżdied fil-popolarità.  Ġew ukoll nies minn barra Birżebbuġa biex jaraw dan il-ftuħ.  Il-Banda komposta minn mużiċisti wħud minnhom magħrufa għall-bravura tagħhom fix-xena Maltija taw wirja ta’ mużika sagra u marċi funebri mill-aqwa.  Il-Banda kienet taħt id-direzzjoni ta’ Renè Barbara.

Il-Wirja tbierket mill-Kappillan ta’ Birżebbuġa mir-Reverendu Kanonku Dun Anton Galea Scannura.  Prosit lil Ludwig Desira.  Illejla issa jkollna l-ftuħ tal-Wirja Ecce Homo ta’ Jurgen Camilleri li wkoll se tiftaħ bi Programm Mużikali varjat.  Aktar dettalji fuq il-Wirja ta’ Ludwig nagħtuhom ‘il quddiem.

Line_Endline

Programm tal-Ġimgħa Mqaddsa fil-Parroċċa ta’ Birżebbuġa (2014)

Line_Endline

Qrar fis-Sede tal-Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Se jsir servizz ta’ Qrar il-Ħadd 6 t’April 2014 mill-Kappillan Rev. Kan. Dun Anton Galea Scannura u l-viċi Rev. Dun Roderick Camilleri fis-Sede tas-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 u dan se jkun bejn l-10am u l-11am.  Ikun ta’ pjaċir għalihom li jiltaqgħu ma’ diversi nies anke jekk ma jkunux hemm biex iqerru.

Line_Endline

Qrar fil-Każin tal-Banda San Pietru fil-Ktajjen A.D. 1957

Se jsir servizz ta’ Qrar illum il-Ġimgħa 4 t’April 2014 mill-Kappillan Rev. Kan. Dun Anton Galea Scannura u l-viċi Rev. Dun Roderick Camilleri fil-każin tal-Banda San Pietru fil-Ktajjen A.D. 1957 u dan se jibda fit-8pm.  Ikun ta’ pjaċir għalihom li jiltaqgħu ma’ diversi nies anke jekk ma jkunux hemm biex iqerru.

Line_Endline

Birzebbuga Carnival

The Carnival in Birzebbuga Malta

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

iljuni.wordpress.com/

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Mater Dolorosa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

Birzebbuga Carnival

The Carnival in Birzebbuga Malta

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

iljuni.wordpress.com/

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Mater Dolorosa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa