Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

Archive for April, 2011

Il-Purċissjoni ta’ San Girgor fiż-Żejtun

Il-belt taż-Żejtun u Birżebbuġa huma intrinsikament marbutin flimkien minn deiversi affarijiet, ibda mill-isem, u kompli bit-territorju u anke bis-saħħa ta’ personaġġi distinti li kienu jgħixu fiż-żewg lokalitajiet, biex ma nsemmux ukoll in-numru ta’ nies li joqogħdu Birżebbuġa li huma mwielda fiż-Żejtun.  Id-distanza tassew qasira bejn iż-żewġ lokalitajiet għamlitha possibbli wkoll biex it-tradizzjonijiet antiki taż-żewġt irħula jintisġu flimkien u jkunu magħrufa minn kulħadd.  Ħafna huma dawn minn Birżebbuġa li ta’ kull sena jitilgħu jaraw il-purċissjoni sabiħa tal-Ġimgħa l-Kbira taż-Żejtun u la semmejna l-Ġimgħa l-Kbira ma nistgħux inħallu barra l-Irxoxt u wisq iktar il-Purċissjoni tradizzjonali ta’ San Girgor li ssir l-Erbgħa ta’ wara l-Għid il-Kbir.  Ma din il-purċissjoni apparti ż-Żejtun hemm marbut ukoll ir-raħal ta’ Marsaxlokk, fenomenu jew tradizzjoni li tgħid li ħafna Maltin jinżlu Marsaxlokk biex iqattgħu l-ġurnata ta’ San Girgor għas-sabiħ tax-xemx jilagħbu t-tombla u anke jagħmlu l-ewwel għawma.  Madankollu u minkejja din it-tradizzjoni aktar reċenti mill-oħra li diġa semmejna, jewilla il-purċissjoni ta’ San Girgor, aħna ser niffukaw l-aktar fuq il-purċissjoni l-antika ta’ San Girgor li għalkemm inbidlet matul is-snin, xorta waħda baqgħet issir, anke f’dawn iż-żmijnijiet moderni tal-lum fejn il-folklor qed jiġi mhedded minn ħafna apatija, nuqqas ta’ interess u anke nuqqas ta’ tagħlim.

Mela ħa ngġidu xi ħaġa dwar il-purċissjoni ta’ San Girgor.  Fl-antik, fit-12 ta’ Marzu, kienet tmur purċissjoni mill-Kattidral għal din il-knisja, iżda aktar tard il-purċissjoni bdiet issir nhar l-Erbgħa ta’ l-Għid.  Hemm ħafna fehmiet dwar il-bidu ta’ din il-purċissjoni iżda dokument fl-arkivji notarili, misjub minn P. Mikiel Fsadni O.P., jgħid li l-purċissjoni ordnaha l-Isqof Cubelles biex iwieġeb għax-xewqa tal-Papa biex isir talb għall-paċi: din il-ħaġa malajr intesiet għax ma kinitx tolqot il-Maltin mill-qrib u għalhekk saru ħafna konġetturi dwar ġrajjiet li laqtu ’l pajjiżna li taw bidu għal din il-purċissjoni votiva, bħal pereżempju hawn min jgħid li din il-purċissjoni saret minħabba l-pesta.  Illum il-purċissjoni m’għadhiex titlaq mill-Katidral tal-Imdina iżda mill-Kappella ta’ San Klement fiż-Żejtun stess mnejn titlaq għall-parroċċa ta’ Santa Katerina u mbagħad għall-Knisja l-Qadima magħrufa bħala ta’ San Girgor fejn issir quddiesa.

Advertisements

It-tberik tad-djar f’Birżebbuġa (2011)

It-tberik tad-djar u l-familji f’Birżebbuġa għas-sena 2011

Dawn id-dati qed jiġu riprodotti skont kif jidhru fil-kalendarju parrokkjali għas-sena 2011, li ġie mqassam lill-familji kollha ta’ Birżebbuġa.

24 t’April 2011

Nhar l-Għid il-Kbir fl-4:30pm isir it-tberik tad-djar tas-saċerdoti.

25 t’April 2011 fl-4:15pm

Triq il-Kurat Fenech, Triq Sant’Andrija, Triq l-Għodda, Triq il-31 ta’ Marzu, Triq Sant’Anġlu, Triq il-Ħaddiema, Triq ix-Xogħol, Triq il-Bżulija, Triq it-Tħabrik, Triq il-Port Ħieles (kantuniera ma’ Triq it-Tħabrik).

26 ta’ April 2011 fl-4:15pm

Triq Santa Rita, Triq San Tumas, Triq il-Musbieħ, Triq il-Qolla, Triq il-Kostituzzjoni, Triq 13 ta’ Diċembru, Misraħ ir-Repubblika.

28 t’April 2011 fl-4:15pm

Triq is-Sajjied, Triq G.Galizia, Triq in-Noqra, Triq Birżebbuġa, Sqaq San Ġorġ, Triq id-Dar ta’ Pultu, Misraħ il-Knisja, Triq Alf. M. Galea, Triq il-Port Ħieles (naħa tal-Brolli u wara Triq il-Ħaddiema)

29 t’April 2011 fl-4:15pm

Triq San Mikiel, Triq San Pawl, Triq il-Gżira, Triq iż-Żebbuġ, Triq San Stiefnu, Triq it-Tankijiet, Triq il-Bieqja, Dawret il-Qalb Imqaddsa (mill-Pitch sat-Tankijiet).

2 ta’ Mejju 2011 fl-4:15pm

Triq Santa Katerina, Triq Santa Marija, Triq San Ġorġ, Triq San Pietru, Dawret il-Qalb Imqaddsa (Tankijiet S.Ġorġ).

3 ta’ Mejju 2011 fl-4:15pm

Triq il-Brolli, Triq Żaren Dalli, Triq il-Bandli, Triq il-Bajja s-Sabiħa, Triq id-Duluri, Triq il-Knisja, Triq Profs. A. Tabone.

4 ta’ Mejju 2011 fl-4:15pm

Triq iż-Żurrieq, Triq tal-Ġebel, Triq Wied il-Klima, Sqaq tal-Qoton, Triq V. Fenech, Triq ir-raddiena, Triq it-22 ta’ Frar, Triq Dun R. Attard, Triq Mons. S. Penza, Triq il-Kus, Sqaq tal-Ġurġier.

5 ta’ Mejju 2011 fl-4:15pm

Triq San Ġwann, Triq il-Ħaruf, Triq ix-Xbieki, Triq tal-Papa (parti l-qadima), Triq San Edwardu, Triq taż-Żibra, Triq L-Arzella, Triq San Vinċenz, Triq San Ġużepp.

6 ta’ Mejju 2011 fl-4:15pm

Triq il-Kartaġiniżi, Triq San Franġisk Saverju, Flats tal-Gvern.

9 ta’ Mejju 2011 fl-4:15pm

Triq Alessandru, Triq il-Port Ħieles (wara l-flats), Triq is-Sebħ, Triq Dun Ġorġ Żammit, Triq Gurgier.

10 ta’ Mejju 2011 fl-4:15pm

Triq San Filippu, Misraħ Ħamilkar Barka, Triq il-Progress, Misraħ is-Summit, Triq Despott, Triq il-Port Ħieles (bejn Triq S. Filippu u Triq S. Patrizju), Triq Suor Grace Theuma, Triq il-Kummerċ.

11 ta’ Mejju 2011 fl-4:15pm

Triq San Patrizju, Triq Dun Karm Frendo, Triq Tal-Papa (Wara Dun Karm Frendo u Wied il-Buni), Triq Wied il-Buni, Triq il-Gandoffla.

12 ta’ Mejju 2011 fl-4:15pm

Triq l-imħar, Triq iċ-Ċief, Triq il-Girgħien, Triq il-Kanġu, Triq il-Borok, Triq il-Gawwi, Triq ir-Rizza, Triq il-Qroll.

13 ta’ Mejju 2011 fl-4:15pm

Triq it-Trunċieri, Triq G. Marconi, Triq B.Powell, Triq G.B. Shaw, Triq Garibaldi, Triq F.Nightingale, Triq l-Imnarja, Triq il-Qajjenza, Triq Cachia Żammit, Wesgħa Ramon Perellos, Triq iż-Żejtun, Triq Għar Dalam (minn Għar Dalam ‘l isfel)

16 ta’ Mejju 2011 fl-4:15pm

Triq l-Għerien, Triq A. Issel, Triq F.M. Ferretti, Triq l-Għansar, Triq il-Maqdes, Triq Ħerakles, Triq A. Schembri, Triq il-fekruna, Triq il-Ħajja Ewlenija, Triq De Redin, Triq Burlemaque.

17 ta’ Mejju 2011 fl-4:15pm

Triq il-fossili, Triq l-Għannejja, Triq id-Daqqaqa, Triq il-Mandolina, Triq il-Batterija.

18 ta’ Mejju 2011 fl-4;15pm

Triq il-folklor, Triq l-iżbark tat-Torok, Triq Mikiel Abela, Triq il-kitarristi.

19 ta’ Mejju 2011 fl-4:15pm

Triq Għar Dalam (minn Għar dalam ‘il fuq), Triq il-Merżuq, Triq Bengħisa, Triq Ħal Far.


L-Għid il-Kbir

L-GĦID IL-KBIR – L-AQWA FESTA TAGĦNA L-INSARA

Minn Harry Agius Ordway

mir-Rivista, “Dawl Franġiskan” (mhux indikat liema annu)

Fil-ħarġa ta’ Marzu kkummentajna dwar il-fatt li lejn l-aħħar ta’ l-istess xahar konna qed noqorbu bis-sħiħ lejn il-festa kbira ta’ L-Għid Imqaddes u, bis-saħħa tar-Randan Imqaddes, skond silta li ħadna mill-kostituzzjoni dommatika tal-Konċilju Vatikan II, rajna t-tifsira tal-Knisja Mqaddsa Kattolika mwaqqfa minn Sidna Ġesù u l-għanijiet li għalihom waqqafha.

Fis-7 ta’ dan ix-xahar il-ġdid, April, wara nżul ix-xemx ħadna sehem fis-“Sahra fil-Lejl Qaddis tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet”. L-għada l-Ħadd fakkarna ‘Il-Jum Qaddis tal-Qawmien tal-Mulej’. U beda Żmien il-Għid, ħamsin jum sa nhar Għid il-Ħamsin.

Dwar Sibt il-Għid qed inġibulkom silta minn Omelija antika li tgħid hekk: ”X’inhu dan li ġara? Illum fid-dinja waqa’ skiet kbir; skiet kbir, imbagħad solitudini; skiet kbir, għax is-Sultan raqad; l-art twerwret u siktet, għaliex Alla magħmul bniedem raqad, u qajjem lil dawk li kienu ilhom ħafna reqdin. Alla, bħala bniedem miet, u heżheż art l-imwiet”. Hawnhekk l-għaref li ħażżeż din l-Omelija jkompli jurina kif Alla, u Ibnu, mar iħoll mill-irbit tat-tbatija lil Adam l-imjassar, flimkien ma’ Eva l-imjassra bl-arma rebbieħa tas-Salib f’idejh. Ma’ dawn l-aħħar kelmiet jiġu fi ħsiebi bosta sentenzi ta’ San Pawl bħal : ‘Imma jien, barra minni li niftaħar ħlief bis-salib ta’ Sidna Ġesù Kristu, li bih id-dinja hi msallba għalija, u jien għad-dinja.’(Gal:6, 14); ‘u t-tnejn magħqudin f’ġisem wieħed iħabbibhom ma’ Alla, bis-salib, billi jeqred bih il-mibgħeda ta’ bejnietkom’ (Efesin:2, 16); “hu ħassar il-kitba tad-dejn, il-preċetti, li kienet kontra tagħna, neħħieha min-nofs u sammarha mas-salib” (Kol: 2, 14); ”Għax, waqt li l-Lhud iridu l-mirakli u l-griegi jfittxu l-għerf, aħna nxandru Kristu msallab, tfixkil għal-Lhud u bluha għall-pagani, imma għal dawk li huma msejħin, Lhud u Griegi, Kristu, qawwa u għerf ta’ Alla. Għax dak li hu bluha ta’ Alla hu egħref mill-bnedmin, u dak li hu dgħjufija ta’ Alla hu aqwa mill-bnedmin”(Kor. I, 1: 21-25)

Tifsira ħelwa ta’ l-Għid l-Kbir u, kif ngħidu bil-Malti….fiha x’togħmod…jagħtihielna Melitone, isqof ta’ Sardi, fl-Omelija tiegħu meta jgħid: “Hu kien bħal ħaruf meħud għall-qatla, imma ma kienx ħaruf; kien bħal nagħġa mbikkma, imma ma kienx nagħġa. Ix-xbieha għaddiet u seħħet il-verità: Alla ħa post il-ħaruf, u l-bniedem post in-nagħġa, u fil-bniedem hu Kristu, u fi Kristu hemm kollox.”

San Pietru fl-Ewwel Ittra tiegħu(2: 21 – 25) dwar dan il-misteru ta’ l-Għid il-Kbir jagħmililna ċara kif għandha tkun l-imġieba tagħna issa li ġejna meħlusa: ‘Għal dan intom kontu msejħa għax Kristu wkoll bata għalikom u ħallielkom eżempju biex timxu fuq il-passi tiegħu. Hu li ma kien għamel ebda dnub, u ebda qerq ma nstab f’fommu, meta għajruh ma weġibx bit-tagħjir; meta bata ma heddidx imma ħalla f’idejn l-Imħallef ġust. Hu tgħabba bi dnubietna sa fuq is-salib, biex aħna mmutu għad-dnubiet u ngħixu għall-ġustizzja. Bil-ġrieħi tiegħu intom fiqtu. Intom kontu bħan-nagħaġ mitlufa, imma issa rġajtu lura għand ir-Ragħaj u l-Għassies ta’ ruħkom.’ Hawnhekk tajjeb li wieħed jinnota li San Pietru Appostlu jagħtina tifsira aktar ċara u fit-tul ta’ kif aħnau H l-Insara, kemm l-irġiel kif ukoll in-nisa, għandna nixbħu lil Kristu. Minħabba n-nuqqas ta’ spazju nissuġġerulkom taqraw Kapitlu 3, versi 1 sa 17, mill-istess ittra ta’ San Pietru.

Fil-Katekeżi ta’ Ġerusalemm(Catech. 20 Mystagogica 2:4-6) naqraw hekk, meta l-Magħmudija hija meqjusa bħala s-sinjal tal-passjoni ta’ Kristu: ’Wasslukom sal-fonti tal-Magħmudija, bħalma wasslu ’l Kristu mis-salib sal-qabar li hawn quddiemkom. Kull wieħed minnkom ġie mistoqsi jemminx fl-isem tal-Missier, u ta’ l-Iben, u ta’ l-Ispirtu s-Santu. Għamiltu l-istqarrija tal-Fidi u għall-tliet darbiet inżiltu taħt l-ilma u tliet darbiet ħriġtu minnu, u b’hekk fissirtu simbolikament it-tlitt ijiem li Kristu dam fil-qabar.”

U hu għal daqstant li tkun tidher ferm sabiħa u fiha tifsir kbir il-Magħmudija ta’ l-Insara ġodda kemm waqt iċ-ċelebrazzjoni tas-Sahra fil-Lejl Qaddis tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet u waqt kull Quddiesa ta’ matul is-sena li fiha jiġi amministrat dan is-Sagrament. L-istess entużjażmu għandu jintwera mill-kongregazzjoni preżenti waqt xi Quddiesa tal-Ħadd fejn flok il-Kredu jiġu mġedda l-wegħdiet tal-Magħmudija, ħaġa li fl-aħħar snin qed issir bosta drabi matul is-sena. Fl-opinjoni tagħna, tkun ħaġa wisq tajba li ċ-ċelebrant, jew min ikun ser jagħmel l-Omelija, jaħtaf l-okkażjoni u jfakkar xi tfisser verament il-Magħmudija għalina, iġifieri li ma kenitx xi ħaġa ta’ darba, u jqabbilha mat-tifsira ta’ l-Għid, ċelebrazzjoni li titwettaq waqt kull Quddiesa li titqaddes.

B’hekk kbiss inkunu nistgħu nifhmu li l-misteru ta’ l-Għid Spiritwali li aħna niċċelebraw hu l-misteru tas-salvazzjoni tal-bnedmin kollha. Din tidher ċara meta wieħed jiftakar li l-kelma Pascha, li ġejja mil-Lhudi Pesah, kelma li tfisser mogħdija, għaliex il-mewt qerrieda meta niżlet teqred l-ewwel imwielda ta’ l-Eġizzjani, għaddiet l-bogħod mid-djar tal-Lhud. Fil-fatt il-mewt qerrieda għaddiet tassew l-bogħod minna darba għal dejjem meta Kristu qajjimna miegħu għall-ħajja bla tmiem.

U meta jirnexxielna nifhmu dan kollu nkunu nistgħu tabilħaqq anki ngawdu, biex ngħidu hekk, l-Għid materjali permezz ta’ xi figolla jew bajda ta’ l-Għid tajba … u dik il-ġirja bl-Irxoxt!

Referenzi

Mehuda mill-website tal-Parroċċa ta’ Ħal-Tarxien http://www.tarxienparish.org/l-Ghid%20l-Aqwa%20Festa.htm illum 24 t’April 2011.

Programm tal-lum fil-Parroċċa ta’ Birżebbuġa

Isir quddies bħal kull nhar ta’ Ħadd. (M.S.B. p271)

Fid-9:45am isir it-tberik tal-figolli

Fl-4:30pm isir it-tberik tad-djar tas-saċerdoti


Sibt il-Għid

L-emfasi tal-festa tal-lum għandu jkun fuq il-qawmien tal-Mulej mill-imwiet u l-ħelsien li huwa ġabilna. Il-ferħ ta’ l-Għid huwa ferħ li għandu jkun fil-qalb ta’ kull Nisrani li jemmen li hu magħqud ma’ Kristu fil-magħmudija.

Illum jintuża l-kulur abjad

Iċ-Ċelebrazzjoni 

Skont drawwa mill-iżjed qadima, dan il-lejl hu lejl ta’ sahra f’ġieħ il-Mulej (Eż 12, 42). Kif iwissina l-Evanġelju (Lq 12, 35-37), il-fidili jżommu l-imsiebaħ tagħhom mixgħula, u jkunu bħal nies jistennew ‘il sidhom lura, biex, malli jiġi, isibhom jishru u jqegħidhom fuq il-mejda tiegħu.

Il-Vġili ta’ l-Għid għandu jibda mill-inqas wara nżul ix-xemx tas-Sibt fi dħul il-lejl. Il-Liturġija tal-Vġili ta’ l-Għid hija mimlija simboli li għandhom jitfissru b’mod ċar. Importanti wkoll li tinħoloq l-atmosfera neċessarja biex dawn is-simboli joħorġu iżjed ċari u jilħqu l-iskop veru u tassew tagħhom. Il-Magħmudija għandha tkun element qawwi u ċentrali. Magħha għandu jintrabat ukoll it-tiġdid tal-wegħdiet tal-Magħmudija li kull Nisrani li jattendi għaċ-Ċelebrazzjoni tal-Vġili, għamel fil-Magħmudija tiegħu. Hemm erba’ taqsimiet:

1. Tberik tan-Nar, mixgħela tal-Blandun u Tħabbira ta’ l-Għid;

2. Liturġija tal-Kelma;

3. Liturġija tal-Magħmudija;

4. Liturġija ta’ l-Ewkaristija.

Bħala tħejjija, ħdejn il-bieb tal-Knisja jitlestew kenur bin-nar jaqbad sewwa (tkun idea tajba li dan in-nar ikun tqabbad f’ċelebrazzjoni barranija aktar kmieni fil-ġurnata mid-dawl tax-xemx, biex ikun nar tassew meħud mill-qawwa tan-natura u hekk jinftihem aħjar is-simboliżmu tan-nar li jagħti l-ħajja) u l-ġamar (tajjeb li jkun hemm fih faħam biex jintuża fiċ-ċensier), kandiletta, kandiletti biex l-abbatini jgħaddu n-nar lill-kongregazzjoni, għodda biex jinqabad il-ġamar, microphone, Missal, inċiżur biex jitnaqqxu s-salib, id-data u l-alfa u l-omega.

Fuq il-Presbiterju, f’xi mkien qrib l-artal għandha titħejja bażi għall-blandun u fiha jitpoġġa l-blandun mitfi, reċipjent bl-ilma, dak kollu li hu neċessarju għall-Magħmudija (żejt tal-Griżma, tajjar, baċir, eċċ), dawl ċkejken qrib l-ambone u qrib is-sedja, il-ktieb fl-Exultet fuq l-ambone, il-meħtieġ għaċ-Ċelebrazzjoni ta’ l-Ewkaristija u bwieqi biżżejjed biex minnhom isir it-Tqarbin biż-żewġ speċi.

Fil-Knejjes Parrokkjali huwa rakkomandat ħafna li l-Magħmudija ssir fil-Battisteru tal-Knisja. Jekk dan ikun ħdejn il-bieb tal-Knisja, wisq aħjar biex tidher f’għajnejn kulħadd id-daħla fit-Tempju tal-Mulej u fil-Familja ta’ Alla bil-mixja minn ħdejn il-bieb sal-artal wara l-Blandun mixgħul.

Fis-Sagristija jitħejjew l-akkolti, iċ-ċensier bojt, navettta bl-inċens. Wara l-Artal Maġġur titħejja mejda żgħira bi tvalja u żewġ xemgħat, xi purifikaturi u ilma biex issir il-purifikazzjoni wara t-Tqarbin.

Kummentarju

Qabel iċ-Ċelebrazzjoni

B’ferħ kbir iltqajna illejla biex niċċelebraw dan il-vġili ta’ l-Għid. Minn hawn u ftit ieħor se nagħtu bidu għal din iċ-Ċelebrazzjoni ta’ darba fis-sena biex niftakru fl-istorja ta’ mħabba li Alla jgħix mal-bniedem u fil-qofol ta’ din l-imħabba: Alla li permezz tal-Qawmien mill-mewt t’ Ibnu seħibna miegħu fil-ħajja ta’ dejjem. Iċ-Ċelebrazzjoni tal-lum tissejjaħ Vġili għax hija l-lejla ta’ qabel il-festa, illejla li fiha nishru mal-Mulej biex nirriflettu dwar il-qawmien tiegħu u dak li jfisser għalina. Dak li se nagħmlu llejla huwa mimli Sinjali li nispjegaw aħna u għaddejjin.

Illejla se ngħixu erba’ mumenti importanti. L-ewwel isir it-tberik tan-Nar u aħna nieħdu sehem minnu, wara nisimgħu lil Alla jkellimna mill-Kotba Mqaddsa, imbagħad ngħaddu għal-Liturġija tal-Magħmudija u fl-aħħar nagħlqu bl-Ewkaristija, il-preżenza ta’ kristu ħaj f’nofsna.

Dan il-Vġili jibda billi issa ċ-Ċelebrant jinżel flimkien mas-Saċerdoti u l-abbattini ħdejn il-bieb tal-Knisja fejn hemm in-nar imqabbad. Magħhom iniżżlu l-Blandun mitfi. Hemmhekk ibierek in-Nar Ġdid u minnu jixgħel il-Blandun li huwa simbolu ta’ Kristu d-Dawl veru tagħna. Fuqu jonqox salib, l-ittri Alfa u Omega, l-ewwel u l-aħħar ittra ta’ l-alfabett Grieg u l-annu li nkunu qegħdin fih. Imbagħad jitilgħu f’purċissjoni wara l-Blandun lejn l-Artal biex minn fuq l-Ambone jitħabbrilna l-ferħ ta’ Għid.. (Inqumu bilwieqfa).

Wara t-tieni tħabbira

Issa nixgħelu x-xemgħat tagħna lkoll biex nuru li aħna wkoll ħadna sehem mid-dawl ta’ Kristu. Id-Dawl nixgħeluh mill-Blandun, simbolu ta’ kristu, iżda ngħadduh lil xulxin. Kristu jasal għandna mingħand oħrajn u aħna ngħadduh lill-ħaddieħor.

Qabel l-Exultet

Waqt li nibqgħu bilwieqfa, issa se jitħabbrilna l-ferħ kbir ta’ l-Għid li jixxerred ma’ kullimkien fid-dinja. L-Exultet tfisser ifirħu, se titkanta. Ta’ min li nagħtu ftit aktar każ tal-kliem sabiħ u mimli tifsir li biha hija miktuba din il-għanja, li fiha nfaħħru lil Alla ta’ dak li għamel magħna permezz tal-Qawmien tal-Mulej.

Qabel il-Qari

Issa se nisimgħu seba’ siltiet mill-Kotba Mqaddsa, kollha mit-Testment il-Qadim. Dawk li kitbu dawn is-siltiet kellhom f’moħħhom l-imħabba kbira li Alla għandu għall-poplu tiegħu u kif din l-imħabba Alla qassamha matul iż-żmien. Wara kull silta jkun hemm salm li bl-għajnuna tal-Kantur nistgħu nkantaw it-tweġiba għalih.

Wara s-seba’ salm

Issa jinxtgħelu d-dwal ta’ l-artal u ċ-Ċelebrant jintona l-Glorja, l-Innu ta’ tifħir lil Alla. Issa wkoll jindaqqu l-qniepen b’sinjal tal-ferħ li tħoss il-knisja għat-tħabbira ta’ l-Għid. (Inqumu bilwieqfa).

Wara l-Epistola

Wara li smajna lill-Appostlu Pawlu jfakkarna li bħalma mitna ma’ Kristu, hekk ukoll ngħixu miegħu, nisimgħu liċ-Ċelebrant jintona l-Alleluja u aħna mistiedna flimkien mal-kor nieħdu sehem f’dan il-kant ta’ tifħir lil Alla, qabel nisimgħu l-Evanġelju u t-tifsira tiegħu. (Inqumu bilwieqfa).

Wara l-Omelija

Issa jissejħu dawk li se jressqu lil uliedhom biex jirċievu l-Magħmudija. Dawn it-trabi diġa ġew midluka biż-żejt tal-katekumeni, jiġifieri l-Knisja diġa laqgħethom bħala kandidati biex jirċievu dan is-Sagrament li jagħmilhom ulied il-Missier u aħwa f’din il-familja li hi l-Knisja. Filwaqt li nilqgħu fostna lil dawn it-trabi inkantaw il-Litanija tal-Qaddisin.

Wara l-Litanija

Issa ċ-Ċelebrant ibierek l-ilma li bih dawn it-trabi se jitgħammdu u li s-Saċerdoti se jroxxu fi djarna matul żmien il-Għid, billi jdaħħal il-Blandun fl-ilma tliet darbiet. Imbagħad wara li jistaqsi lill-ġenituri x’ismijiet iridu jagħtu lit-trabi tagħhom, huwa jistaqsihom biex iwieġbu f’isem uliedhom dwar dak li jixtiequ għalihom u wara li jgħammidhom, jidlikom biż-żejt tal-Griżma u jagħtihom il-libsa bajda, b’sinjal tal-ħajjja ġdida li huma qed jieħdu fi Kristu.  Illum il-Magħmudija ta’ dawn it-trabi se ssir fil-battisteru, ħdejn il-bieb tal-Knisja. Il-Battisteru huwa l-post proprju fil-Knisja fejn għandha ssir il-Magħmudija’ ħdejn il-Bieb il-Kbir li jfakkarna f’Ġesύ li huwa l-bieb li kulħadd jidħol minnu. Fih jinżamm l-ilma mbierek f’dan il-Vġili u li minnu kull Nisrani jieħu l-ħajja; fi kliem San Pawl, il-bniedem li jindifen ma’ Kristu fl-ilma biex minnu jsir bniedem ġdid.

Wara l-Magħmudija

Nilqgħu fostna lil dawn it-trabi li llum saru Wlied Alla u parti mill-familja Parrokkjali tagħna u fil-familja kbira tagħna li hi l-Knisja kollha mxerrda fid-dinja huma u miexja wara l-Blandun Mixgħul li hu d-dawl ta’ Kristu. Inqumu bilwieqfa.

Wara li l-ġenituri jaslu f’posthom

Issa nerġgħu nixgħelu x-xemgħat mill-ġdid mill-Blandun u nagħmlu l-istqarrija tal-fidi tagħna billi nġeddu l-wegħdiet li għamilna fil-Magħmudija tagħna.

Wara t-Talbiet tal-Ġemgħa

Ngħaddu għall-aħħar parti ta’ din iċ-Ċelebrazzjoni li hija l-Ewkaristija. Kristu huwa ħaj u qed jgħix magħna u minn hawn u ftit ieħor se jkun magħna wkoll fl-Ewkaristija biex imbagħad nieħdu sehem mill-ikla tiegħu. Nibqgħu bilwieqfa sakemm jittellgħu l-offerti.

Qabel it-Tqarbin

Illum it-Tqarbin jista’ jsir kemm bil-ħobż ikkonsagrat, kif ukoll bl-inbid ikkonsagrat.

Referenzi

Tagħrif mehud mill-website tal-Parroċċa ta’ Ħal Tarxien, http://www.tarxienparish.org/Website%201/vgili_ghid.htm, illum 23 ta’ April 2011.

Il-Programm tal-lum fil-Parroċċa ta’ Birżebbuġa

Fit-8:00pm bidu taċ-Ċerimonja Solenni tal-Vġili tal-Għid u Magħmudija bis-sehem tal-Kor (Messalin B/232).

 


Il-Ġimgħa l-Kbira

L-emfasi tal-lum għandu jkun fuq l-mewt ta’ Ġesù għall-fidwa tagħna l-bnedmin. Is-Salib huwa s-siġra l-ġdida li permezz tagħha tissewwa l-firda li seħħet minn fuq is-siġra fl-Eden.

Iċ-Ċelebrazzjoni

It-Tifkira Solenni tal-Mewt tal-Mulej, għandha ssir għall-ħabta tat-tlieta ta’ wara nofsinhar, biex il-fidili jifhmu li qed igħixu mument b’mument il-ħinijiet l-iktar importanti fil-Misteru tal-Fidwa tagħna. Hija Ċelebrazzjoni Solenni li tiġi imfasiżżata iktar jekk issir bis-serjetả u fil-ġabra. Ta’ min jinnota li s-semplicitả ta’ din iċ-Ċelebrazzjoni żżid fid-drammatiċitả tagħa, u hekk tgħin iktar lill-Insara jirriflettu fuq dan il-ħin għażiż fil-ħajja ta’ Ġesù. Il-mumenti ta’ skiet, fid-dħul u waqt li ċ-ċelebrant u s-saċerdot jimteddu ma’ l-art, qabel ir-Rakkont tal-Passjoni, bejn talba u oħra tat-talbiet universali, waqt il-wasla tas-Salib għall-Adorazzjoni, waqt l-armar ta’ l-artal u waqt li jitwassal Ġesù Ewkaristija u fil-ħruġ, għandhom ikunu mezzi ta’ talb u riflessjoni u għalhekk tajjeb li jiġu mħarsa. Illum, iktar minn drabi oħra, għandu jitnaqqas kull ċaqliq żejjed fuq u madwar il-presbiterju, biex ma jtellifx mill-ambjent ta’ skiet u ħemda. Għalhekk kulħadd għandu jkun ippreparat u kull ma hu meħtieġ jiġi mlesti minn qabel fil-qrib kemm jista’ jkun. Din iċ-ċelebrazzjoni fiha tlett taqsimiet:

1. Liturġija tal-Kelma u Talbiet Universali

2. Adorazzjoni tas-Salib; u

3. Tqarbin.

Bħala tħejjija, ħdejn il-bieb tal-Knisja jitlestew Salib u żewġ gandlieri bix-xemgħa mitfija li jinxtgħelu kif xi Ministru jinżel għas-Salib biex jiġi mħabbar lill-Ġemgħa. Fis-Sagristija jiġu ppreparati t-tliet Evanġelji, jekk jista’ jkun miksija bl-aħmar biex dawk li se jaqraw ir-Rakkont tal-Passjoni jitilqu bihom proċessjonalment minn hemm għall-Artal. Fuq il-Presbiterju jitħejjew tliet leġiji minn fejn jinqara’ r-Rakkont tal-Passjoni. F’xi mkien qrib l-Artal jitħejjew tvalja waħda u korporal, żewġ xemgħat, ċiborji għat-Tqarbin, Missal u ilma u purifikaturi. Fl-imkien ta’ l-Adorazzjoni jitħejja velumeral u żewġ xemgħat mitfija li jinxtgħelu għat-trasport biss.

Kummentarju

Qabel iċ-Ċelebrazzjoni

Illum qegħdin niltaqgħu f’dan il-ħin mhux tas-soltu biex infakkru il-Mewt tal-Mulej. Huwa bħalissa li Ġesù minn fuq is-Salib ħareġ l-aħħar nifsijiet tiegħu biex radd ruħu lill-Missier għall-fidwa tagħna l-bnedmin. Il-Knisja minn dejjem ħadet ħsieb tfakar din il-ġrajja b’solennitả kbira u magħha inħolqu diversi drawwiet u tradizzjonijiet li kultant tellfu mis-sens veru tal-ġurnata tallum. Il-ġabra u s-sempliċitả huma s-sinjali ewlenija taċ-Ċelebrazzjoni tallum. Il-Knisja tinżamm kemm jista’ jkun fid-dlam.

Illum ma jisrx Quddies. It-Tqarbin isir biss fil-Liturġija fil-Knisja u bħala Vjatku.

Il-Liturġija hija mqassma fi tliet partijiet. Il-Liturġija tal-Kelma twasslilna r-Rakkont tal-Passjoni skon San Ġwann. Imbagħad flimkien inressqu quddiem il-Missier it-Talbiet Universali u wara ssir l-Adorazzjoni tas-Salib. X’ħin din tispiċċa, lkoll mistiedna biex nieħdu sehem mill-Ġisem u d-Demm tal-Mulej fit-Tqarbin.

Ikun ferm xieraq li kemm jista’ jkun, matul din il-Liturġija, inżommu s-skiet u l-ġabra biex nidħlu iktar fl-ispirtu tal-ġraja li qegħdin niċċelebraw. Is-Saċerdoti jidħlu fostna fis-skiet u kif jaslu qrib l-Artal jimteddu b’wiċċhom ma’ l-art bħala sinjal ta’ qima.

Qabel l-Ewwel Qari

Il-Profeta Isaija jara lill-Messija dak li kellu jitbaxxa u jsofri l-umiljazzjoni biex bit-tbatija tiegħu ifiqu daawl li jħarsu lejh. Huwa l-Qaddej tal-Mulej, li f’rabta sħiħa mar0rieda tal-Missier ikun bħal Ħaruf meħud għall-qatla. Iżda fit-tbatija tiegħu Isaija jara r-risq; jara lill-Qaddej tal-Mulej jogħla ‘l fuq minn kulħadd.

Qabel Is-Salm

Salm tletin li se jitkanta jurina lill-bniedem, u f’dan il-każ Ġesù li jitelaq għal kollox f’idejn il-Missier, li jeħilsu minn dak kollu li l-Ħażin ilesti għalih. Il-qawwa li għandna bżonn biex neħilsu minn dak li l-Ħażin irid jgħaddina minnu, tiġi biss mill-għajnuna li jagħtina Alla. Mas-Salmista inkantaw: Missier, nerħi ruħi f’idejk.

Qabel it-Tieni Qari

L-Awtur ta’ l-Ittra lil-Lhud, igħidilna li Kristu huwa dak li bl-ubbidjenza tiegħu qered il-mewt tagħna u tana l-opportunita’ li nisru mill-ġdid ulied Alla. Din is-silta tagħtina kuraġġ biex induru lejn il-Missier b’fiduċja għax Ġesù qiegħed jidħol għalina quddiemu.

Qabel l-Evanġelju

Illum ukoll is-Saċerdoti li se jaqraw ir-Rakkont tal-Passjoni se jitilgħu minn nofs il-korsija bil-kotba f’idejhom. Il-qari ta’ l-Evanġelju jsir b’mod sempliċi, mingħajr l-użu tax-xemgħa u l-inċens. Is-Saċerdot ma jsellimx lill-poplu bil-kliem: “Il-Mulej magħkom”, u lanqas ma jbus il-ktieb meta jispiċċa. Din il-ġrajja tinqara minn tliet Saċerdoti, wieħed jaqra l-parti ta’ Kristu, ieħor jaqra l-parti tan-Narratur, imsejjaħ Kronista u l-ieħor jaqra l-partijiet l-oħrajn u jissejjaħ Sinagoga.

L-Evanġelju ta’ San Ġwann jirrakonta l-Passjoni ta’ Ġesù b’mod differenti mill-Evanġelisti l-oħra. Huwa jurina kif Ġesù, wara li aċċetta minn idejn il-Missier dak li kellu jgħaddi minnu, jirbaħ fuq kull sitwazzjoni u fuq kulħadd. Sa fuq is-Salib Ġesù huwa s-Sultan li rebaħ id-dnub u l-mewt u d-dinja. San Ġwann jurina kif, meta ntrefa ‘l fuq mill-art, Ġesù ġibed lil kulħadd lejh.

Waqt ir-Rakkont kollu nibqgħu bilwieqfa, iżda fil-mument meta tissemma l-mewt ta’ Ġesù, ninżlu għarkubbtejna għarkubbtejna g hal ftit ħin b’sinjal ta’ qima.

Wara l-Evanġelju

F’dal mument jitressqu quddiem il-Missier it-talbiet speċjali għal diversi kategoriji ta’ bnedmin. Hija talba li sa minn żmien twil ilu ssir f’għaqda sħiħa ma l-Iben li ta ħajtu għad-dinja. Tajjeb li ma’ dawn it-talbiet inżidu ukoll l-intenzjonijiet tagħna, b’mod speċjali għal min qiegħed ibati.

Wara t-Talbiet Universali

Naraw liċ-Celebrant jinżel ħdejn il-bieb tal-Knisja biex minn hemm iġib is-Salib u fi tliet darbiet iħabbrilna u jurina l-għuda li fuqha ġie msallab is-Salvatur tagħna biex jgħaqqadna mill-ġdid mal-Missier. Alla tant ħabbna li ta lill-Ibnu l-waħdieni. Kull min jemmen fih ikollu l-ħajja, l-istess bħalma l-poplu Lhudi ħares lejn is-serp tal-bronż magħul minn Mosẻ u fiequ. Għat-tħabbira tas-salib, inwieġbu billi nkantaw flimkien “Ejjew naduraw”, u kull darba ninżu għarkubbtejna b’qima lejn is-Salib tal-Mulej.

Qabel l-Adorazzjoni tas-Salib

Issa li ġejna murija s-Salib li fuqu ġie msallab Ġesù, se nersqu lejh u bil-qima kollha nbusuh. Se nitilgħu bħal ma nitilgħu fit-Tqarbin.

Bejn strofa u oħra tal-kant, waqt l-Adorazzjoni tas-Salib, jinqraw l-improperji bil-Malti.

Lejn tmiem l-Adorazzjoni tas-Salib

Issa s-Salib jitpoġġa fil-għoli fuq l-Artal bejn żewġ xemgħat. Illum jixraq li għalkemm ma jkunx hawn il-preżenza ta’ Ġesù Ewkaristija fit-tabernaklu, b’sinjal ta’ qima, x’ħin ngħaddu minn quddiem is-Salib, nagħmlu ġenuflessjoni. Minn hawn u ftit ieħor se jinġieb is-Sagrament biex ilkoll inkunu nistgħu nitqarbnu bil-ġisem u d-Demm tal-Mulej. Jintrama l-artarl bl-iktar mod sempliċi u jsir ir-Rit tat-Tqarbin. Sadattant nistennew fis-skiet filwaqt li jsiru t-tħejjijiet li hemm bżonn.

Qabel it-Tqarbin

Issa li ħadna sehem mill-Ġisem u d-Demm tal-Mulej, nitolbuh li jkompli jsaħħaħna ħalli għada niċċelebraw kif jixraq il-Qawmien tiegħu għall-ħajja. Għada, mistednin ngħadduh fir-riflessjoni dwar il-mewt u d-difna tal-Mulej. Il-Knisja tibqa’ mneżża’ sa għada u tiċċaħħad ukoll mis-Sagrifiċċju tal-Quddiesa, sakemm, imbagħad, wara l-Vġili solenni fl-istennija tal-Qawmien tal-Mulej, ninfexxu lkoll fil-ferh ta’ l-Għid li jibqa’ jfawwarna bil-hena tul ħamsin ġurnata sħaħ.

Issa ċ-Ċelebrant igħid it-talba ta’ l-aħhar. Il-ħruġ isir fis-skiet mingħajr kant u aħna wkoll mistiedna biex x’ħin tintemm iċ-Ċelebrazzjoni, inħallu dan l-imkien fis-skiet u l-ġabra.

Referenzi:

Tagħrif mehud mill-website tal-Parroċċa ta’ Ħal Tarxien, http://www.tarxienparish.org/Website%201/gimgha%20l-kbira.htm, illum 22 ta’ April 2011.

Il-Programm tal-lum fil-Parroċċa ta’ Birżebbuġa.

Fit-8am jkun hemm tifħir ta’ sbieħ il-Jum bis-sehem tal-Kor tal-Parroċċa.

Fit-8:30am isir it-tqarbin tal-morda.

Fid-9:00am u fl-10:00am isiru l-vizti mill-membri tal-MUSEUM.

Fis-2:30pm issir Via Sagra

Fit-3:00pm issir it-Tifkira tal-Passjoni u l-Mewt ta’ Ġesu (M/B 211)


Ħamis ix-Xirka

Illum f’Ħamis ix-Xirka, l-festi tal-Ġimgħa Mqaddsa jidħlu kważi kważi fil-quċċata tagħhom.  Filgħodu fil-Katidral ta’ San Ġwann issir il-quddiesa tat-tberik taż-żejt.  Filgħaxija f’kull belt u raħal tiġi ċċelebrata il-quddiesa u ċ-ċerimonja tal-ħasil tar-riġlejn.  Imma ħa nibdew billi l-ewwel nagħtu titwila lejn il-quddiesa li tiġi ċċelebrata.

Is-Salm Judica me Deus ma’ jingħadx illum u ċ-ċelebrant jibda mill-Confitebor.  Jitla’ l-artal, ibusu, jinċensah u jaqra l-Introjtu u l-Kyrie.  Wara l-Kyrie jintona solennement il-Gloria.  L-introjtu jkanta l-glorji tas-Salib, li huwa s-salvazzjoni tagħna, il-ħajja u l-qawmien tagħna; is-Sagrifiċċju Ewkaristiku mhuwiex ħaġa oħra ħlief is-sagrifiċċju tas-Salib.

L-Evanġelju jfakkarna fit-tliet lezzjonijiet li Ġesu’ ta lill-Appostli meta ħaslilhom saqajhom: lezzjoni ta’ umilta’, lezzjoni ta’ purita’, u lezzjoni ta’ karita’, jew imħabba, s-sinjal ta’ dawk kollha li jagħmlu parti mill-Knisja Mqaddsa.

Wara l-Evanġelu ssir iċ-ċerimonja tal-ħasil tar-riġlejn u f’dan l-intervall jitkantaw tmien antifoni jew inqas.  Fihom tiġi kantata l-virtu’ ta’ l-Imħabba.  Fl-Antifona 6 nsibu: “Minn dan jagħrafkom kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jekk għandkom l-imħabba lejn xulxin.” U fis-7 waħda: “Jibqgħu fikom dawn it-tlieta: twemmin, tama u mħabba; imma l-akbar fosthom hija l-imħabba.”  Iżda fl-Antifona 8 naraw li permezz ta’ l-imħabba biss nistgħu ningħaqdu ma’ Kristu: “Fejn hemm il-karita’ u l-Imħabba, hemm ikun Alla … u b’qalb safja nħobbu wieħed lill-ieħor … u f’nofsna (permezz ta’ l-Imħabba) jibqa’ Kristu Alla.”

Wara l-ħasil tar-riġlejn, titkompla l-quddiesa bħas-soltu u fl-aħħar jingħad, Benedicamus Domino u l-Placeat, imma fil-quddiesa solenni titħalla barra l-barka u l-aħħar Evangelju.  Iċ-ċelebrant ineħħi l-pjaneta u l-manipolu u jilbes kappa bajda għat-trasport solenni tal-Pissidi bl-Ostji konsagrati li jkunu baqgħu mit-tqarbina, sabiex jintrefgħu għat-tqarbina għall-għada filgħaxija.

Dan il-pissidi jiħi merfugħ fil-kapsola ta’ artal imżejjen apposta bid-damask aħmar li improprjament huwa msejjaħ ‘Sepulkru’. Nixtieq nerġa’ nfakkar li din iċ-ċerimonja tfakkar l-istituzzjoni ta’ l-Ewkaristija u mhux id-difna ta’ Ġesu’ li sa hawn għadu lanqas biss huwa mejjet.  Sepulkru tfisser “qabar” – dan mhux qabar, imma l-Artal tal-aħħar Ċena fejn titpoġġa l-Ewkaristija għall-qima tal-insara.

Wara li jaduraw għal ftit ħin, il-ministri jmorru fis-sagristija, ineħħu l-ilbies abjad, jilbsu stola vjola u jmorru jneżżgħu l-artali filwaqt li l-kor ikanta s-Salm 21, li huwa kollu profeziji li ġew imseħħa fil-Passjoni Mqaddsa ta’ Kristu.

Illejla din il-quddiesa konċelebrata fil-parroċċa ta’ Birżebbuġa tibda fis-6:30pm (Konċ B/204-210).

Wara, għall-ħabta tat-8pm jkun hemm Viżti għal kulħadd.  Fid-9pm jkun hemm viżti għaż-żgħażagħ u fl-10pm jerġa’ jkun hemm viżti għal kulħadd.

Fil-11pm jkun hemm adorazzjoni.

Referenzi:

Galea, A. (n.d). Ħamis ix-Xirka. Retrieved from http://www.aboutmalta.com/grazio/hamisixxirka.html on the 21st April 2011.


Ħadd il-Palm 2011

Għada/Illum niċċelebraw il-festa ta’ Ħadd il-Palm, il-ġrajja meta Ġesu daħal Ġerusalemm, il-Belt li ħonqot il-profeti.  Ġesu, riekeb fuq ħmara jintlaqa’ tajjeb min-nies tal-Belt u dawn jakklamawh.  F’din il-ġurnata tant solenni, jitbierek il-Palm u ż-Żebbuġ.  F’Birżebbuġa dan isir billi l-ewwel toħroġ purċissjoni mill-parroċċa sal-Parroċċa l-qadima tad-Duluri fejn hemmhekk issir iċ-ċerimonja tat-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ u tal-palm u mbagħad terġa’ ssir purċissjoni mill-parroċċa l-qadima ral-knisja parrokkjali, bis-sehem tal-fratelli u l-appostli.  Din iċ-ċerimonja tant sabiħa u tant tradizzjonali ssir f’diversi parroċċi madwar Malta.

It-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ u tal-palm se jsir fit-8:45pm quddiem il-kappella tad-Duluri, bis-sehem tat-tfal lebsin ilbies Lhudi.

F’Ħadd il-Palm il-qari tal-Quddies se jkun minn M.S.A p1163.