Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

ZAK Birżebbuġa Pageants

F’Isem Ġesu` ta’ Nazaret (2000)

Din il-Pageant kienet ittellgħet fuq iz-zuntier tal-Knisja fejn flimkien maż-żgħażagħ taz-ZAK kienu ħadu sehem ukoll teenagers oħra minn tal-Pre Youths.

 Xi Ħadd Qed imut fuq l-Għolja (2001)

Jesus Christ Superstar (2002)

Din ittellgħet għat-tielet darba ġewwa Birżebbuġa pero’ qatt ma jonqos l-entużjazmu u l-interess, kemm tal-membri kif ukoll taż-żgħażagħ, li jipparteċipaw fiha u li jiġu jarawha.

 

Tmiem il-Bidu (2003)

Dan id-dramm mużikali ġie miktub u dirett minn Emanuel Francalanza minn Birżebbuġa bl-għajnuna ta’ David Schembri, Matthew Fenech u Carlo Fenech li għenu fil-mużika. Dan id-Dramm oriġinali, b’xenarju mill-isbaħ bl-għajnuna ta’ Jason Vella, gie mtella’ b’suċċess bil-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u nies oħra mil-lokal.

Jaqaw jien Mulej? (2004)

Għalkemm l-ostakli ma jonqsux, bl-għajnuna ta’ ħafna nies, irnexxielna ntellgħu għal darb’oħra dramm tal-passjoni ta’ livell. Għalkemm l-istorja tibqa’ kull sena l-istess, din id-darba l-attenzjoni kienet fuq Miriam. Din kienet tirrapreżenta l-kuxjenza ta’ kull karattru prinċipali bħal Ġuda, Pietru, Kajfa, Pilatu u oħrajn.  Dan id-dramm kellu kitba ta’ Jason Rene’ Cutajar u direzzjoni ta’ Emanuel Francalanza.

 

Ikun Li Trid Int (2005)

Għal din is-sena iddeċidejna li nagħmlu Pageant b’differenza. Dan id-dramm huwa kollu mużika u allura kien hemm kor ikanta fuq wara tal-palk flimkien ma’ Band filwaqt li grupp ta’ żgħażagħ immimaw ix-xeni li kienu qed jiġu kantati.

Jien Hu (2006)

F’dan id-dramm, rajna karattru li kien jirrapreżenta lilna l-bnedmin … fejn ġieli nkunu ‘l bogħod minn Ġesu u ġieli nkunu qribu. Dan il-karattru matul id-dramm, kien jitkellem ma’ diversi karattri bħal Ġuda, Pilatu, Ġesu, u oħrajn, fejn kienu jitkellmu mal-karattru dwar x’għandhom jagħmlu jew dwar id-deċiżjoni li ħadu kinitx tajba jew le.

Magħkom Dejjem! (2007)

Dan id-dramm kellu kitba u direzzjoni minn 2 membri ta’ ZAK Birżebbuġa. Id-dramm kien miktub b’mod oriġinali. Kien hemm xeni li forsi mhux soltu narawhom fid-drammijiet tal-passjoni bħat-Tieġ ta’ Kana, siltiet fuq is-Sawm u d-Divorzju, etc. Matul id-dramm kien hemm mumenti ta’ ‘Freezes’ fejn jidħlu żewġ żgħażagħ jiddiskutu dwar dak li jaraw bil-mod li forsi aħna fil-ħajja ta’ kuljum nitkellmu. Imma fl-istess ħin jgħidu xi affarijiet biex jispjegaw ix-xeni u anke jġiegħlu lill-udjenza taħseb.  Dan id-dramm kellu kitba ta’ Fiona Bonnici u direzzjoni ta’ Christine Francalanza.

L-Omm (2008)

Kitba u Direzzjoni: Charles Falzon

Ġesu’ (2011)

Kitba u Direzzjoni: Charles Falzon

Maestuz (2012)

Kitba u Direzzjoni: Charles Falzon

Xi Ħadd Qed imut fuq l-Għolja (2013)

One response

  1. Pierre Calleja

    Hbieb,

    jekk inthom interressati, jien ghandi L-Ikundanat Bla Htija Teledramm fit 8 Episodji ghal zmien ir randan. dan it teledramm jikkonsisti il hajja ta gesu kristu. ghal aktar informazzjoni l-email huwa map3tv@gmail.com

    August 7, 2011 at 12:38 am

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s