Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

Iċ-Ċenaklu (2004)

Iċ-Ċenaklu: Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa 2004

Matul il-Ġimgħa Mqaddsa 2004, il-Kummissjoni Wirja, tellgħet eżibizzjoni marbuta mal-Passjoni u l-Mewt ta’ Sidna Ġesu Kristu.  Il-Kummissjoni Wirja kienet iffurmata minn Angelo Vella bħala chairman; Lawrence Borg, koordinatur; Steve Farrugia, direttur drama; u Alex Azzopardi, Robert Baldacchino, Tarcisio Bongailas u Marco Vella, membri.  L-attrazzjoni prinċipali tal-wirja kienet ir-rappreżentazzjoni drammatizzata ta’ l-Aħħar Ċena, li saret fuq kitba u direzzjoni ta’ Steve Farrugia.  Din kienet novità għal dawn it-tip ta’ wirjiet ġewwa Birżebbuġa u mill-kummenti ta’ dawk li żaru l-wirja, tidher li ntlaqgħet tajjeb ħafna.  Ghalhekk bi ħsiebna li fi snin li ġejjin, inkomplu naħdmu fuq din is-sistema.  Kien hemm ukoll xeni artistiċi tat-tgħallieqa ta’ Ġuda l-Iskarjota u ta’ Kristu Rxoxt.  Imbagħad kellna l-parti tradizzjonali tal-wirja b’għadd ta’ mudelli tal-vari tal-Ġimgħa l-Kbira, kollezzjoni ta’ Kurċifissi u oġġetti oħra sagri.  Taħt is-superviżjoni tas-Sur Lawrence Coleiro (li minn qalbna nirringrazzjawh ta’ l-għajnuna kbira li tana) nħadem ix-xenarju taċ-Ċenaklu u l-ġnien.  Il-Kummissjoni wirja ħadet hsieb li jinxtara fuħhar ġdid għall-mejda ta’ l-Appostli u ġie meħjut il-vestwarju għal Ġesu u t-tnax-il appostlu.  Il-wirja nfetħet nhar Ħadd il-Palm, 4 ta’ April 2004, meta fid-09.15am sar Programm Mużikali ta’ marċi funebri u mużika sagra mill-Banda Birżebbuġa A.D. 1990 f’Misraħ il-Knisja.  Wara l-President tas-Soċjetà, is-Sur Simon Micallef fetaħ uffiċjalment il-wirja li ġiet imbierka mill-Kappillan Dun Nikol Pace.  Joe Julian Farrugia kien il-preżentatur waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ.  Wara l-ewwel rappreżentazzjoni ta’ l-Ahħar Ċena, is-Segretarju, is-Sur Johan Briffa, ippreżenta tifkira ta’ apprezzament lil min kien involut fil-wirja.  Dawn ġew sponsorjati mill-president tas-Soċjetà.  Wara s-Sinjura Rita Farrugia rregalat bandiera ta’ Kristu Rxoxt lis-Segretarju.  Il-wirja baqgħet miftuħa sal-Ġimgħa l-Kbira, 9 ta’ April 2004.  Numru sabiħ ta’ dilettanti żaru din il-wirja matul il-ġimgħa li damet miftuħa, u dan kien ta’ kuraġġ kbir għalina u turija ta’ apprezzament għax-xogħol li tellajna.  Ħajr lil dawk kollha li ħadu sehem fir-rappreżentazzjoni drammatizzata ta’ l-Aħħar Ċena kemm bħala atturi, kif ukoll dawk li ħadu ħsieb ix-xenarju, il-mużika u l-ħjata tal-ħwejjeg.  Ringrazzjament specjali jmur ukoll lejn l-eżebituri li ħadu sehem fil-wirja.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s