Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

Ras Ir-Randan 2014

L-EWWEL QARI

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Ġoel (Ġoel 2, 12-18)
Dan igħid il-Mulej: “Erġgħu duru lejja b’qalbkom kollha, bis-sawm, bil-biki u t-tnehid.’’ Ċarrtu qlubkom, u mhux ilbieskom, u erġgħu duru lejn il-Mulej Alla tagħkom, għax hu ħanin u jagħder, idum biex jinkorla, u kollu tjieba, u jisgħobbih għall-ħażen. Min jaf jerġax jibdielu u jisgħobbih, U jħalli l-barka warajh, offerta ta’ ikel u ta’ xorb Lill-Mulej Alla tagħkom?

Doqqu t-tromba f’Sijon! Ordnaw sawma, Sejħu laqgħa mqaddsa, iġbru l-poplu, laqqgħu l-ġemgħa, għajtu lix-xjuħ, iġbru t-tfal u t-trabi! Ħa joħroġ il-għarus minn ġo kamartu u l-għarusa mill-għamara tagħha! Bejn il-loġġa u l-artal ħa jibku l-qassisin, qaddejja tal-Mulej! U ħa jgħidu: “Ħenn għall-poplu tiegħek, Mulej, u la tħallix il-wirt tiegħek jaqa’ għaż-żebliħ biex jiġi fi lsien il-ġnus! Il-għala għandu jingħad fost il-popli, ‘Fejn hu Alla tagħkom?’ ‘’ U l-Mulej tħeġġeġ għall-art tiegħu, Huwa għader lill-poplu tiegħu.

Il-Kelma tal-Mulej
Inroddu ħajr lil Alla

SALM RESPONSORJALI

O Alla, ħenn għalina għaliex dnibna!

Ikollok ħniena minni, o Alla, fi tjubitek,
Fil-kobor tal-ħniena tiegħek ħassar ħtijieti.
Aħsilni kollni mill-ħtija tiegħi,
naddafni mid-dnub tiegħi.

R/. O Alla, ħenn għalina għaliex dnibna!

Għax jien nistqarr ħtijieti,
dnubieti dejjem quddiemi.
Quddiemek biss jien dnibt,
u dak li hu ħażin f’għajnejk għamilt.

R/. O Alla, ħenn għalina għaliex dnibna!

Oħloq fija, o Alla, qalb safja,
ġedded ġewwa fija ruħ sewwa.
La twarrabnix minn quddiemek,
U tneħħix minni l-Ispirtu qaddis tiegħek.

R/. O Alla, ħenn għalina għaliex dnibna!

Roddli l-hena tas-salvazzjoni tiegħek,
u bi spirtu qalbieni wettaqni.
Mulej, iftaħli xofftejja,
u fommi jxandar it-tifħir tietgħek.

R/. O Alla, ħenn għalina għaliex dnibna!

IT-TIENI QARI

Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin.
Ħuti: Aħna ambaxxaturi ta’ Kristu, bħallikieku Alla stess qiegħed isejħilkom permezz tagħna. Nitolbkom f’isem Kristu; Għamlu ħbieb ma’ Alla. Dak li ma kienx jaf x’inhu dnub, Alla għamlu dnub għalina, Sabiex aħna nsiru fih ġustizzja ta’ Alla. Ladarba qegħdin naħdmu flimkien ma’ Alla, aħna mela nħeġġukom biex ma tirċevux il-grazzja tiegħu għalxejn. Għax hu jgħid, ‘Fiż-żmien it-tajjeb smajtek, f’jum is-salvazzjoni għintek. Araw, issa hu ż-żmien it-tajjeb; Araw, issa hu jum is-salvazzjoni!’

Il-Kelma tal-Mulej
Inroddu ħajr lil Alla

L-EVANĠELJU

Qari mill-Evanġelju ta’ San Mattew.
F’dak Iż-żmien: Ġesu’ qal lid-dixxipli tiegħu; Qisu li l-għemil tajjeb tagħkom ma tagħmluhx għal wiċċ in-nies biex tagħmlu wirja quddiemhom, għax inkella ma jkollkomx ħlas minn għand Missierkom li hu fis-smewwiet.

Mela meta tagħmel karita’, tmurx iddoqq it-trombi quddiemek, kif jagħmlu dawk ta’ wiċċ b’ieħor fis-sinagogi u fit-triqat biex in-nies tfaħħarhom. Tassew, ngħidilkom, li l-ħlas tagħhom ġa ħaduh. Iżda int, meta tagħmel karita’, idek ix-xellugija m’għandhiex tkun taf x’inhi tagħmel il-leminija, biex hekk il-karita’; tiegħek issir fil-moħbi, u Missierek, li jara dak li hu fil-moħbi, iroddhielek hu.

U meta titolbu, tkunux bħal dawk ta’ wiċċ b’ieħor, għax dawn iħobbu joqogħdu jitolbu fis-sinagogi u f’salib it-toroq, biex jidhru quddiem in-nies. Tassew, ngħidilkom, li l-ħlas tagħhom ġa ħaduh. Iżda int, meta titlob, idħol fil-kamra tiegħek ta’ ġewwa, għalaq il-bieb warajk, u itlob lil Missierek li hu fil-moħbi; u Missierek, li jara dak li hu fil-moħbi, iroddlok hu.

Meta ssumu, teħdux bixra ta’ swied il-qalb bħalma jagħmlu dawk ta’ wiċċ b’ieħor, għax dawn ikerrhu l-bixra ta’ wiċċhom biex quddiem in-nies jidhru li huma sajmin. Tassew, ngħidilkom, li l-ħlas tagħhom ġa ħaduh. Izda int, meta tkun sajjem, idlek xagħrek u aħsel wiċċek, biex mhux quddiem in-nies tidher li tkun sajjem, imma quddiem Missierek li hu fil-moħbi; U Missierek, li jara dak li hu fil-moħbi, Iroddlok hu.’’

Il-Kelma tal-Mulej
It-Tifħir Lilek Kristu.

Line_Endline

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s