Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

L-Erbgħa tat-Tniebri (2013)

F’intervista li ta Dr. Alexander Cachia Żammit kien qal hekk fuq l-użanzi tal-Erbgħa tat-Tniebri:

“Dari, fl-Erbgħa tat-Tniebri kienu jkantaw l-għasar u kienu jgħattu bil-purtieri u bl-għażel it-twieqi tal-knisja biex joħolqu dak is-sens ta’ dlam. Kienu jitfu l-vari, xemgħat imkien, kollox fi dlam ċappa. Imbagħad wara li jispiċċaw l-għasar, kienu joħorġu x-xemgħat u wara kull salm li jitkanta tintefa’ waħda minnhom kull darba sakemm finalment tibqa’ tixgħel biss l-aħħar xemgħa li tirrapreżenta lil Kristu u din ma kinetx tintefa’.

Din il-funzjoni kienu jsejħulha wkoll tat-tniebri għax in-nies kienet tagħmel apposta ħafna storbju fil-knisja. Min kien iħabbat biċ-ċuqlajti, il-qassisin kienu jsabbtu mal-injam tal-kor fejn ikunu qegħdin bil-qiegħda, filwaqt li t-tfal kienu jmorru qalb is-siġġijiet u joqogħdu jagħmlu naqra fratterija. Il-ħsieb wara dan kollu kien li titfakkar il-maltempata li kienet inqalgħet meta kienu sallbu lil Kristu. Kienet drawwa partikolari u interessanti ħafna li llum spiċċat u ntesiet għal kollox.”

Line_Endline

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s