Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

Illum Ħadd il-Palm (2013)

Illum biċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm tibda l-Ġimgħa Mqaddsa, pont bejn il-Mewt u l-Misteru tal-Qawmien u l-prova li tana Ġesu Alla li kien kapaċi jissupera l-ikbar ostaklu li għandu l-bniedem – il-Mewt. Hija l-ġimgħa li mid-dlam tgħaddina għad-dawl; mit-telfa għar-rebħa; mid-desolazzjoni għall-estażi. Il-bniedem li fin-natura tiegħu huwa limitat u huwa mortali m’għandux il-kapaċita li jifli u jagħraf xi tfisser ir-rebħa fuq il-mewt, u għalhekk sa ċertu punt il-meditazzjoni tal-passjoni u l-mewt ta’ Kristu hija aktar reali għan-natura tagħna n-nies fuq din l-art. Il-bniedem li jgħix bit-tama tal-qawmien, jiċċelebra l-festa ta’ Kristu Rxoxt bħala sudditi ta’ sid li rebaħ l-ikbar għadu. Hija l-festa tat-tama, it-tama li xi darba anke aħna nqumu mid-dlam għad-dawl ta’ dejjem.

Il-festa ta’ Ħadd il-Palm, tfakkarna fil-ġrajja meta Ġesu daħal Ġerusalemm, il-Belt li ħonqot il-profeti. Ġesu, riekeb fuq ħmara jintlaqa’ tajjeb min-nies tal-Belt u dawn jakklamawh. F’din il-ġurnata tant solenni, jitbierek il-Palm u ż-Żebbuġ. F’Birżebbuġa dan isir billi l-ewwel toħroġ purċissjoni mill-parroċċa sal-Parroċċa l-qadima tad-Duluri fejn hemmhekk issir iċ-ċerimonja tat-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ u tal-palm u mbagħad terġa’ ssir purċissjoni lura għall-knisja parrokkjali, bis-sehem tal-fratelli u l-appostli. Din iċ-ċerimonja tant sabiħa u tant tradizzjonali ssir f’diversi parroċċi madwar Malta.

Hija l-ġurnata li biha niftħu b’mod aktar qawwi l-Ġimgħa Mqaddsa. Din il-ġurnata hija karatterizzata mit-tieni purċissjoni fis-sena fl-ispazju ta’ 3 ijiem.  It-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ u tal-palm se jsir fit-8:45am quddiem il-kappella tad-Duluri, bis-sehem tat-tfal lebsin ilbies Lhudi.

Line_Endline

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s