Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

Randan u Ġimgħa Mqaddsa 2013

Reġgħet waslet l-ikbar festa li tiċċelebra l-Knisja, il-mewt u l-qawmien ta’ Ġesu Kristu li hu Alla wkoll.  Din hija festa sinjifikattiva ħafna għalina l-insara Kattoliċi għax fiha nikkommemoraw it-tifkira meta l-uniku iben t’Alla sar bniedem apposta biex imut għalina.  Dan huwa misteru kbir li meta timmeditah ssibha diffiċli biex tifhem kif Alla kellu jibgħat l-uniku iben tiegħu biex imut għad-dnubiet tagħna.  Fil-mument li Ġesu bata u miet għalin fuq is-salib, hu tgħabba bid-dnubiet kollha tal-bniedem u b’permezz tal-mewt tiegħu għamilna wlied divini t’Alla l-missier.  Bis-saħħa tal-mewt ta’ Ġesu, Alla żamm il-kelma tiegħu tal-Patt il-Ġdid.

Bħal kull sena dan f’dan is-sit nipprova ngħaqqad dak li hu sagru mar-reliġjożità popolari Maltija.  Fil-jiem li ġejjin dan is-sit se jkun aġġornat b’riflessjonijiet u aħbarijiet kurrenti fuq l-avvenimenti li għaddej minnhom ir-raħal tagħna ta’ Birżebbuġa.  Bi pjaċir ninnota li din is-sena qegħdin jiftħu numru ta’ wirjiet sbieħ tal-Ġimgħa Mqaddsa.  Dawn in-nies ħaqqhom ikunu rikonoxxuti għax-xogħol tagħhom li jwettqu biex ikabbru din il-festa kbira fir-raħal tagħna.  Insemmi fost oħrajn il-Wirja sabiħa li jagħmel Joe Abdilla (it-Te) fi Triq San Ġwann.  Din kienet waħda minn tal-bidu fir-raħal tagħna.  Is-sena li għaddiet rajna wirja oħra tajba mmens organizzata minn Ludwig Desira fir-residenza tiegħu wara l-Knisja Parrokkjali.  Din il-wirja fetaħha b’ċerimonja sabiħa u kunċert minn mużiċisti rinomati minn Malta kollha.  Din is-sena jidher li se jkollna żewġ wirijiet oħra privati: waħda minn Jurgen Camilleri (Triq San Mikiel) u l-oħra tas-sinjur Joseph Mercieca fil-Qajjenza.  Lil dawn ngħidulhom prosit ħafna u keep it up.  Jidher li se jkun hemm xi innovazzjonijiet però dettalji nagħtuhom aktar tard f’dan ir-rigward.

Iż-ŻAK Birżebbuġa qed terġa tipproponi d-dramm tal-passjoni “Xi ħadd qed imut fuq l-għolja” fuq kitba tal-bravu Professur Oliver Friġġieri.  Din se tittellgħa fis-Sala tal-iskola Primarja ta’ Birżebbuġa fit-23 u l-24 ta’ Marzu fis-7:30pm għall-prezz ta’  €6.  Min-naħa l-oħra, iż-żewġ Għaqdiet Mużikali ta’ Birżebbuġa għadhom ma ħabbrux liema attività għandhom fi preparazzjoni għal din is-sena.

F’dak li għandu x’jaqsam ċelebrazzjonijiet reliġjużi jidher li l-knisja ppubblikat il-programm u qassmitu lill-parruċċani kollha.  Dan il-programm tqassam mal-Fuljett ‘Flimkien’.  Din kienet sena partikolari ħafna u dawn iċ-ċelebrazzjonijiet u l-attenzjoni li l-poplu Malti s-soltu jagħtihom ġew affettwati mill-attività li kien għaddej minnha l-pajjiż dawn l-aħħar jiem.  Wieħed irid jgħid ukoll li din hija sena speċjali għall-parroċċa tagħna għax il-parroċċa qed tfakkar il-mitt sena mit-twaqqif tagħha.  La qegħdin fit-tema wiħed irid jgħid ukoll li bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet din is-sena d-Duluri l-ewwel patruna ta’ dan ir-raħal se toħroġ proċessjonalment madwar it-toroq ta’ Birżebbupa fil-15 ta’ Settembru filgħodu, fil-ġurnata liturġika tagħha bħalma kien isir fil-qedem f’Birżebbuġa.

Line_Endline

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s