Ħamis Ix-Xirka 2012
Ħamis ix-Xirka tiftaħ ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Knisja matul it-tliet ijiem li jwasslu għall-Għid il-Kbir. Filgħodu, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, fil-Belt, l-Arċisqof Pawl Cremona mexxa quddiesa li matulha sar it-tberik taż-żejt għas-Sagrament tal-Morda, għall-Konsagrazzjoni tal-Katekumeni u għall-Griżma.
Fil-quddiesa, kif isir tradizjonalment, ħadu sehem il-kapillani tal-parroċċi kollha tad-Djoċesi ta’ Malta, flimkien ma diversi saċerdoti li għamlu it-tiġdid tal-wegħdiet saċerdotali.
Wara saret l-offerta u t-tberik taż-żjut biex titfakkar l-Aħħar Ċena, meta Ġesu waqqaf is-saċerdozju. It-tberik taż-żjut hu marbut ukoll ma dak li għamel Alla għall-bniedem, b’messaġġ ta’ fejqan u saħħa.
Fl-omelija, l-Arċisqof fakkar fl-importanza tas-Sagrament tal-Ordni Sagri u fuq il-missjoni tas-saċerdoti li jwasslu l-kelma ta’ Kristu.
Fi tmiem il-quddiesa, il-kappillani ingħataw tliet bwieqi biż-żjut biex jintużaw fil-parroċċi tagħhom matul is-sena.
Il-Ħamis filgħaxija ssir ukoll t-tifkira tat-twaqqif tal-Ewkaristija. Isir ukoll ir-rit tal-ħasil tar-riġlejn li jissimbolizza li l-membri tal-Knisja qegħdin hemm biex ikunu servizz għall-oħrajn.
Wara dawn il-funzjonijiet fil-parroċċi isiru is-seba visti li fihom jipparteċipaw eluf ta’ nies. Il-visti ikomplu anke fil-jum tal-Ġimgħa l-Kbira.
Sorsi: http://www.maltarightnow.com/Default.asp?module=news&at=%26%23294%3Bamis+ix-Xirka+tifta%26%23295%3B+i%26%23267%3B-%26%23267%3Belebrazzjonijiet+tal-G%26%23295%3Bid+il-Kbir&t=a&aid=99836224&cid=19
Leave a Reply