Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

Lazzru (The Greatest Story ever Told)

Il-ġrajja ta’ Lazzru skont il-Bibbja seħħet xi ftit jiem biss qabel ma’ Ġesu daħal trijonfalment f’Ġerusalemm biex hemm jingħata f’idejn il-midinbin.  Din ix-xena meħuda mill-film ‘The Greatest Story Ever Told’ hija xena li taffaxxinani mmens.  Dan l-episodju huwa mmeditat f’wieħed mill-Ħdud tar-Randan.

Wieħed mill-Ħdud tar-Randan jissejjaħ Ħadd Lazzru.  Dan jiġi l-Ħadd ta’ qabel Ħadd il-Palm.  Il-ġrajja ta’ Lazzru skond il-vanġelu ġrat ftit jiem biss qabel il-Passjoni u l-Mewt ta’ Kristu stess.  Skont il-Vanġelu ta’ San Ġwann Kapitlu 11 naraw li Ġesu jigi nfurmat li Lazzru kien miet.  Ġesu kien iddispjaċut imma ma marx mill-ewwel lejn Betanja, il-post li fih kien jgħix Lazzru.  Ġesu dam jumejn apposta sakemm mar lejn Betanja.  Meta wasal f’Betanja Marta wriet dispjaċir kbir li Ġesu wasal tard, imma Ġesu dlonk qalilha l-famuża frażi li kulħadd xi darba semagħha: Jien hu l-qawmien u l-ħajja. Kull min jemmen fija, ukoll jekk imut, jgħix; [Ġw:11:26] u kull min jgħix u jemmen fija, dan ma jmut qatt.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s