Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

Jesus of Nazareth (Zeffirelli 1977)

“Jesus of Nazareth” (Gesù ta’ Nazaret) – il-film li ghaggeb lid-dinja

Kitba u Traduzzjoni ta’ Francesco Pio Attard

Il-film monumentali “Jesus of Nazareth” ta’ Franco Zeffirelli jista’ jissejjah bla ebda dubju l-aktar riproduzzjoni originali u l-aqwa wahda tal-hajja ta’ Kristu, fost dawk li hargu sa issa. L-istorja ta’ Gesù giet prezentata hafna drabi fl-istorja tac-cinema, imma qatt bhal din id-darba. Dan hu l-uniku film li jressqek eqreb lejn Kristu.

Qabelxejn, l-istorja ta’ “Jesus of Nazareth” hija kwadru ggantesk fejn mhux biss tidher il-grajja immedjata ta’ Kristu l-bniedem, imma wkoll il-post u z-zmien li fihom ghex. It-tieni nett – u dan hu importanti hafna – hu l-fatt li, bil-film tieghu, Zeffirelli ma jaghtiniex l-istorja ta’ Kristu mil-lenti Kristjana daqskemm ipittrilna xena wiesgha ta’ epoka shiha msawra madwar ragel staordinarju. Il-film jiffoka b’mod partikulari fuq l-identità Lhudija ta’ Kristu; il-fatt tassew importanti li Gesù Kristu kien l-ewwel u qabel kollox Lhudi. Il-Kristjanezmu gie wara Kristu: dan hu ovvju. Imma Zeffirelli ried jenfasizza dan il-punt. Ladarba Kristu sar bniedem, hu kellu jghix ir-religjon tieghu u tal-poplu tieghu, il-Ligi Lhudija. Ghalhekk, f’dan il-film wiehed jista’ jara u jifhem car hafna d-dramm ta’ komunità. Huwa d-dramm ta’ l-istennija twila tal-Lhud ghall-migja tal-Messija. “Dan kollu huwa fattur determinanti fil-hajja ta’ Gesù”, tenna Zeffirelli, waqt li kompla jghid “li l-akbar ghan ta’ Kristu, li Pawlu aktar tard pogga fil-prattika, kien li l-kelma ta’ Alla tixtered madwar id-dinja ghax din kienet l-aktar ligi perfetta”.

Gesù ried li l-kelma tieghu tilhaq id-dinja kollha u mhux biss lill-poplu Lhudi. Il-film ghandu wkoll il-privilegg li kien accettabli u mifhum minn kulhadd. Huwa ghal kulhadd, sew ghal min ghandu l-fidi u sew ghal min ma jemminx, Musulman jew Buddist. Naf nies atej li l-isbah immagini taghhom hi dik ta’ Gesù ta’ Nazaret, u dan proprju ghax Zeffirelli pprezentalhom l-istorja ta’ Kristu b’mod miftuh, bl-edba skop li joffendi l-opinjonijiet u t-twemmin ta’ popli ohra, u dan ghamel il-film tieghu accettabli ghal kulhadd. Il-problema principali kienet li jipprezenta l-materjal b’mod l-aktar onest, bit-tama li fl-istess hin ma jwettaq l-ebda zbalji irreparabbli.

Zeffirelli, f’intervista, qal hekk: “Ix-xoghol kien tassew difficli u kien iebes li tiehu certi decizjonijiet u tasal ghal xi konkluzjonijiet. It-thejjijiet hadu zmien twil, tliet snin. Jiena kelli diversi ideat dwar is-suggett li gbart sa minn mindu kont ghandi tfajjel ckejken. Jien ilni sa minn età zghira nahseb dwar il-karattru ta’ Gesù u l-istorja tieghu. Nista’ nghid li rnexxieli nersaq lejn il-karattru ta’ Kristu preparat sewwa u ghamilt hilti kollha biex naddatta lili nnifsi ghal din il-bicca xoghol enormi li kelli.”

Ninsab cert li Zeffirelli kellu ispirazzjoni divina biex jaghmel film hekk sabih. Ix-xeni, il-kostumi u l-atturi kienu brillanti. Nistaghgeb kif f’film wiehed irnexxielu jigbor daqshekk atturi famuzi, minn Anthony Queen sa Peter Ustinov, minn James Mason sa Lawrence Olivier, minn Christopher Plummer sa Rod Steiger, minn Anne Bancroft sa Ernest Borgnine, u tant celebritajiet ohrajn.

L-akbar decizjoni li kellu jiehu Zeffirelli kienet li jaghti l-parti ta’ Gesù lill-attur Ingliz Robert Powell. Hu kien u ghadu sal-lum l-aktar Kristu manjifiku fl-istorja tac-cinema. Meta thares lejh, thossok donnok qed thares lejn Kristu nnifsu. Issa tibqa’ l-mistoqsija: Gesù kien bhal Robert Powell, jew Robert Powell bhal Gesù?

Donnha c-cinema kienet qed tistenna l-ahjar persuna ghal din il-parti. Powell kien dan ir-ragel; hu perfett. Il-wirja passjonanti li ta hi tassew leggendarja. Hafna mill-ispettaturi ghadhom jistaqsu kif Powell irnexxielu jaghmel din il-parti.

Hu tant hadem tajjeb il-parti tieghu li hafna nies madwar id-dinja ghadhom jemmnu li Kristu verament kien hekk. Anki artisti, bhall-pitturi imsejha “Madonnari”, gew ispirati mill-fizonomija divina ta’ Powell. Ghaldaqstant, huwa ntuza bhala mudell fl-ikonografija.

Issa l-problema li holoq Zeffirelli hi li kull film iehor dwar Gesù li hareg jew ghad johrog wara “Jesus of Nazareth” jista’ jidher tassew fqir, u ghalhekk direttur gdid irid joqghod tassew attent qabel ma jiehu d-decizjoni li jaghmel film bil-hajja ta’ Kristu, ghax jaf li n-nies ser iqabblu x-xoghol tieghu mal-kapolavur ta’ Zeffirelli. Jekk m’hux kapaci li jaghmel film aqwa dwar Kristu, ahjar ma jivvinta xejn.

Dan il-film japprofondixxi u jumanizza wisq aktar l-irwol tal-qaddisin, midinbin, u persuni ordinarji li mxew fuq il-passi tas-Sinjur taghna.

Zeffirelli jiddedika aktar minn tnax-il minuta tal-film tieghu kemm ghall-Ahhar Cena u kemm ghall-Krucifissjoni. Il-postijiet fejn ittiehed il-film jaghtuna idea tal-Palestina u hafna mill-karattri li m’humiex Rumani filfatt huma interpretati minn atturi semitici. Zeffirelli, b’mod l-aktar ghaqli, jaghtina l-isfond socjopolitiku li fih zviluppat il-karriera ta’ Kristu, karriera li hawdet ghal kollox il-bazi fundamentali tal-poplu ta’ Israel. Hafna drabi fil-film, id-direttur ifakkarna li anki l-appostli kellhom id-dghufija taghhom, bhall-bqija tan-nies komuni u ordinarji, u jaghtina wkoll xi hjiel possibli dwar Guda. Fil-film, naraw l-awtoritajiet li jidhku b’Guda u jgieghluh jichad lil Kristu, ghax filwaqt li hu dejjem emmen fl-azzjoni politika, l-Imghallem tieghu qatt ma kien interessat fil-politika. Is-success kbir ta’ Zeffirelli kien li rnexxielu juri lil Kristu mija fil-mija uman u mija fil-mija Alla. Dan il-film hu l-uniku thejjija spiritwali eccellenti ghall-festa ta’ l-Ghid. Dan il-kapolavur hu bil-wisq tajjeb biex tarah darba biss!

Inroddulek hajr, Mghallem Franco Zeffirelli, ghal dan ir-rigal prezzjuz li tajt lill-umanità.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s