Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

Għada niċċelebraw id-Duluri f’Birżebbuġa

Duluri Birzebbuga Portrait

Duluri Birzebbuga Portrait

Malta għada tfakkar l-festa devota tad-Duluri fejn f’bosta parroċċi madwar Malta u Għawdex isiru purċissjonijiet bl-istatwa ta’ Marija Addolorata.  Forsi ftit huma dawk il-Birżebbuġin speċjalment dawk iż-żgħar li għadhom qed jikbru, li Birżebbuġa qabel ma kienet iddedikata lil San Pietru Appostlu, din kienet iddedikata lil Marija Addolorata u kienet issirilha festa f’Settembru.  Għalhekk bir-raġun kollu Marija Addolorata għandha post speċjali fil-qalb tan-nies ta’ Birżebbuġa.  Dan jintwera biċ-ċar fil-purċissjoni li ghaliha jattendu ħafna u ħafna nies.  Il-purċissjoni għadha toħroġ mill-knisja fis-6pm.  Filgħaxija, jkun hawn żewġ quddisiet, waħda fil-5.15 p.m., qabel il-purċissjoni u l-oħra wara, għal ħabta tas-7.00 p.m.

Hija tradizzjoni, anke jekk f’dawn iż-żminijiet qed tonqos xi ftit, li ħafna nies jimxu ħafjin wara l-istatwa tad-Duluri bħala sinjal ta’ sagrifiċċju – anke għax il-festa tad-Duluri hi marbuta wkoll ma’ bosta wegħdi li jsiru. Wara din il-festa, b’Ħadd il-Palm, nhar il-Ħadd tiftaħ il-Ġimgħa Mqaddsa li twassalna għall-akbar festa tal-Knisja, dik tal-Għid il-Kbir li tfakkar il-passjoni u l-qawmien mill-mewt ta’ Ġesù Kristu.

F’dawn il-ġranet ta’ qabel il-Ġimgħa l-Kbira jilħqu l-qofol tagħhom ukoll attivitajiet kulturali u reliġjużi b’għadd kbir ta’ rappreżentazzjonijiet teatrali, pageants u wirjiet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s