Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

Ir-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa 2012

L-Għid il-Kbir reġa’ magħna, u għal dan ir-raħal ċkejken fin-nofsinhar ta’ Malta, din il-festa xorta tibqa’ għażiża.  Min-naħa tal-Knisja din diġa ħarġet u ppubblikat il-programm relatat mal-Ġimgħa Mqaddsa.  L-istess għamlu l-għaqdiet.  Ħafna minnhom huma preparati biex jerġgħu jagħtuna pjaċir bil-wirjiet tagħhom.  Insemmi fost l-oħrajn Iz-ZAK Birżebbuġa li minn sena għal sena dejjem iżommu l-appuntament magħna  n-nies ta’ Birżebbuġa bid-dramm tal-Passjoni tagħhom.  Insemmu wkoll l-Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen li għal darb’oħra reġgħet tellgħet il-Wirja tagħha.  Dawk huma bejn wieħed u ieħor l-attivitajiet marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa.  Ta’ min isemmi wkoll il-Wirja ħelwa li jtella’ Joe Abdilla (it-Te’) fi Triq San Ġwann, wirja ħelwa ħafna b’sett sabiħ ta’ vari tal-Passjoni.

L-iskop tagħna huwa li nagħtu importanza lil dawn l-attivitajiet żgħar, ħalli nippubbliċizzawhom u nagħmlu kuraġġ li min jorganizzahom.  L-għan tagħna huwa li nżidu ma’ dak li hemm diġa, li nkpomplu nirfinaw u nibnu fuq dak li hemm eżistenti.  L-għan tagħna bis-saħħa ta’ dan is-sit huwa li ngħaqqdu lin-nies ta’ Birżebbuġa, li kemm jista’ jkun nġibu flimkien l-għaqdiet kollha bit-tama li xi darba jkun hawn koordinazzjoni waħda bejn l-għaqdiet u dawn iċ-ċelebrazzjonijiet ikomplu jikbru u jissaħħu.  Dan mhuwiex faċli anke għaliex bħalissa qed ngħixu fost l-agħar żminijiet li qatt għadda minnu l-bniedem f’termini ta’ ekonomija u riżorsi.  Minkejja kollox, ir-raħal tagħna m’għandu xejn inqas minn ħaddieħor.  Ma ninsewx anzi obbligati li niftakru li dan ir-raħal ġie mgħammed lil Sidtna Marija Addolorata l-ewwel u mbagħad wara lil San Pietru Appostlu.  L-imħabba lejn SanPietru Appostlu tibqa’ waħda kbira u unika għal dawn il-gżejjer.  Biss, l-imħabba u d-devozzjoni lejn ommna Marija Addolorata tibqa’ waħda solida u dan jixhduh in-numru kbir ta’ devoti li sena wara sena joħonqu l-pjazza u t-toroq ta’ Birżebbuġa biex jimmeditaw ir-Rużarju flimkien.

Minn dawn il-paġni nirringrazzja lil dawk kollha li qed itellgħu xi wirja u li qed idaħħluna fl-atmosfera sabiħa tal-Għid il-Kbir li huwa misteru kbir, mhijiex il-festa tad-dwejjaq u tan-niket imma hija l-festa tad-dawl, il-festa ta’ meta Ġesu, li hu Alla, rebaħ b’saħħa kbira fuq il-mewt. Ir-rebħa tiegħu fuq il-mewt kienet importanti ħafna, kienet rebħa li kkonfermat dak kollu li kien priedka qabel, hija irċevuta kemm Ġesu huwa bniedem ta’ min jafda fih, ta’ min jisma’ minn dak li għallimna.  Ir-rebħa tiegħu fuq il-mewt hija stedina ċara biex nimxu ma’ dak li għallimna hu, għax bis-saħħa tiegħu biss aħna jista’ jkollna l-okkażjoni li nidħlu fis-saltna tal-Missier u nirbħu l-mewt kif rebaħha hu stess.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s