Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

Apprezzament Ġużeppi Schembri ta’ Bengħisa

Apprezzament Ġużeppi Schembri (Bengħisa)

Kull min iħobb lil Birżebbuġa bilfors li jkun iħobb lil Bengħisa u kull min iħobb lil Bengħisa ma jistax ma jkunx devot tal-Immakulata Kunċizzjoni.  Tkun midħla ta’ Bengħisa u tal-Immakulata Kunċizzjoni, jiġifieri tkun midħla ta’ Ġużeppi Schembri ta’ Bengħisa.  Ġużeppi kien jieħu ħsieb il-kappella tal-Immakulata u kienet tassew għal qalbu.  Kieku kulħadd iħaddan il-prinċipji li kien iħaddan Ġużeppi barra li kien bniedem devot kien bniedem li kien jaf jgħożż dak li għandna f’Birżebbuġa.  Kien jindokra l-kappella kif suppost għax kien jaf li l-kappella tal-Immakulata hija perla prezzjuża għall-istorja u l-identita’ ta’ dan ir-raħal.  Il-Kappella tal-Immakulata ta’ Bengħisa rat nies kbar imexxuha bħal Mons. Pietru Pawl Saydon u kif ukoll il-Profs Anton Tabone, 2 individwi li ħallaw impatt kbir kemm fil-lingwa Maltija u kif ukoll fl-istorja ta’ pajjiżna.  Ġużeppi kellu x-xorti li laħaq u tkellem ma’ dawn in-nies kbar.  Ġużeppi kien iħobb ħafna l-Madonna u kien jilqa’ lil dawk kollha b’idejhom miftuħa speċjalment żgħażagħ li kienu jieħdu interess fil-kappella u l-istorja sabiħa tal-madwar.  Ta’ kull nhar ta’ Ħadd mat-tmiem tal-quddies, Ġużeppi tant kemm kien bniedem altruwist li kien jistieden l-iktar ħbieb għeżież tiegħu d-dar biex jieħdu tazza kafe’ flimkien.  Kien ikun tassew ġest żgħir min-naħa ta’ Ġużeppi imma li tara daqs dawk nies miġburin flimkien jitkellmu fuq il-Kappella u Bengħisa, kont tħoss sodisfazzjon kbira.  Grazzi Ġużeppi ta’ kemm għamilt magħna u tal-pjaċir li kont tagħtina.  J’Alla jkollna żgħażagħ li jkomplu x-xogħol tiegħek u jirrikonoxxu l-valur storiku u kulturali li għandu dan ir-raħal sabiħ ta’ Birżebbuġa.

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s