Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

Il-Purċissjoni ta’ San Girgor fiż-Żejtun

Il-belt taż-Żejtun u Birżebbuġa huma intrinsikament marbutin flimkien minn deiversi affarijiet, ibda mill-isem, u kompli bit-territorju u anke bis-saħħa ta’ personaġġi distinti li kienu jgħixu fiż-żewg lokalitajiet, biex ma nsemmux ukoll in-numru ta’ nies li joqogħdu Birżebbuġa li huma mwielda fiż-Żejtun.  Id-distanza tassew qasira bejn iż-żewġ lokalitajiet għamlitha possibbli wkoll biex it-tradizzjonijiet antiki taż-żewġt irħula jintisġu flimkien u jkunu magħrufa minn kulħadd.  Ħafna huma dawn minn Birżebbuġa li ta’ kull sena jitilgħu jaraw il-purċissjoni sabiħa tal-Ġimgħa l-Kbira taż-Żejtun u la semmejna l-Ġimgħa l-Kbira ma nistgħux inħallu barra l-Irxoxt u wisq iktar il-Purċissjoni tradizzjonali ta’ San Girgor li ssir l-Erbgħa ta’ wara l-Għid il-Kbir.  Ma din il-purċissjoni apparti ż-Żejtun hemm marbut ukoll ir-raħal ta’ Marsaxlokk, fenomenu jew tradizzjoni li tgħid li ħafna Maltin jinżlu Marsaxlokk biex iqattgħu l-ġurnata ta’ San Girgor għas-sabiħ tax-xemx jilagħbu t-tombla u anke jagħmlu l-ewwel għawma.  Madankollu u minkejja din it-tradizzjoni aktar reċenti mill-oħra li diġa semmejna, jewilla il-purċissjoni ta’ San Girgor, aħna ser niffukaw l-aktar fuq il-purċissjoni l-antika ta’ San Girgor li għalkemm inbidlet matul is-snin, xorta waħda baqgħet issir, anke f’dawn iż-żmijnijiet moderni tal-lum fejn il-folklor qed jiġi mhedded minn ħafna apatija, nuqqas ta’ interess u anke nuqqas ta’ tagħlim.

Mela ħa ngġidu xi ħaġa dwar il-purċissjoni ta’ San Girgor.  Fl-antik, fit-12 ta’ Marzu, kienet tmur purċissjoni mill-Kattidral għal din il-knisja, iżda aktar tard il-purċissjoni bdiet issir nhar l-Erbgħa ta’ l-Għid.  Hemm ħafna fehmiet dwar il-bidu ta’ din il-purċissjoni iżda dokument fl-arkivji notarili, misjub minn P. Mikiel Fsadni O.P., jgħid li l-purċissjoni ordnaha l-Isqof Cubelles biex iwieġeb għax-xewqa tal-Papa biex isir talb għall-paċi: din il-ħaġa malajr intesiet għax ma kinitx tolqot il-Maltin mill-qrib u għalhekk saru ħafna konġetturi dwar ġrajjiet li laqtu ’l pajjiżna li taw bidu għal din il-purċissjoni votiva, bħal pereżempju hawn min jgħid li din il-purċissjoni saret minħabba l-pesta.  Illum il-purċissjoni m’għadhiex titlaq mill-Katidral tal-Imdina iżda mill-Kappella ta’ San Klement fiż-Żejtun stess mnejn titlaq għall-parroċċa ta’ Santa Katerina u mbagħad għall-Knisja l-Qadima magħrufa bħala ta’ San Girgor fejn issir quddiesa.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s